Messaġġ ta’ Merħba mill-Pirjol u Rettur tas-Santwarju
Huwa ta’ pjaċir kbir għalija li bħala Pirjol tal-komunità karmelitana u Rettur tas-Santwarju, nikteb dawn il-kelmtejn ta’ merħba f’din il-website fuq l-istorja u l-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta.
Fid-dinja ta llum, l-informatika hija għodda wisq importanti biex biha nkunu nistgħu nikkomunikaw ma’ xulxin u nwasslu l-informazzjoni lil xulxin. Inħoss illi din il-website għandha tkun l-iskop tagħha: dik li twassal u tgħaddi l-informazzjoni fuq id-devozzjoni u l-imħabba li aħna l-Karmelitani għandna lejn din l-Omm tagħna tas-Sema!
Dan is-Santwarju Bazilika, huwa xhieda ħajja ta’ din d-devozzjoni li missirijietna kellhom lejn il-Madonna tal-Karmnu, imma li huma ukoll għaddew lilna u aħna lil uliedna, biex id-devozzjoni tkompli tinxtered u tinħass mhux biss fil-ġranet tal-festa, iżda matul is-sena kollha.
Minn qalbi nawgura lil kull min jidħol jżur din il-website li jkompli jikber fl-imħabba u d-devozzjoni tiegħu lejn il-Madonna tal-Karmnu.
Ommna Marija, il-Ġmiel tal-Karmelu u Oħtna l-għażiża, tieqaf magħna u tressaqna dejjem lejn binha Ġesù Kristu, is-Salvatur waħdieni tagħna.
Il-Madonna tal-Karmnu tberikna lkoll.
Patri Alex Scerri O. Carm
Pirjol u Rettur tas-Santwarju