我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » 2016 » January

Monthly Archives: January 2016

Arkivji

L-Istorja tal-Vjolin u Kunċert b’risq ir-Restawr tal-Oratorju tal-Madonna tal-Karmnu

kuncert oratorjuIl-Fratellanza Madonna tal-Karmnu se torganizza żewġ attivitajiet b’risq ir-Restawr tal-Oratorju tal-Madonna tal-Karmnu. (more…)

X’inhu l-iskop tas-Santwarju?

Santwarju closeDawn huma xi punti li ħarġu lbieraħ waqt il-laqgħa bit-tema: X’inhu l-iskop tas-Santwarju?

1. Santwarju huwa post qaddis. Fit-Testment il-Qadim insibu referenza għall-Qaddis tal-Qaddisin. Parti mit-tempju ta’ Ġerusalemm, fejn jgħammar Alla.

2. Santwarju jissejjaħ hekk għax ikun hemm devozzjoni kbira lejn xi xbieha. Fil-każ tagħna, devozzjoni qawwija lejn il-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu.

3. Għalhekk it-terminu Santwarju, mhuwiex xi titlu li jingħata, iżda jinkiseb minħabba d-devozzjoni partikulari. (more…)

L-Istatwa ta’ Santa Rita fis-Santwarju

Santa RitaL-Istatwa ta’ Santa Rita li tinsab fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin se tkun fis-Santwarju nhar il-Ħamis 21 ta’ Jannar 2016. Fil-5.00pm jibda pellegrinagg bil-vara devota ta’ Santa Rita mill-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fil-Belt Valletta madwar it-toroq tal-Belt Valletta. Fis-6.30 pm tiġi ċċelebrata quddiesa solenni tal-Ewwel Ħamis mill-Ħmistax-il Ħamis ta’ Santa Rita. Wara l-pellegrinaġġ ikompli mis-Santwarju sal-Knisja Parrokkjali ta’ Santu Wistin fejn tingħata l-Barka Sagramentali.

Avviżi tas-Santwarju 17.01.2016

Għada, it-Tnejn ser nkomplu sensiela ta’ Laqgħat bħala kors ta’ spiritwalita marbuta mas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena u mal-anniversarju tal-135 sena mil-Inkurunazzjoni tax-Xbieha tal-Madonna tal-Karmnu. Il-Laqgħa ta’ għada ser tkun ‘X’hinu s-sinifikat tas-Santwarju’ u tibda eżatt kif tispiċċa l-quddiesa ta’ filgħaxija. Inħeġġu lil-Għaqdiet kollha ta’ madwar is-Santwarju biex jattendu.

Nhar il-Ħamis ser nilqgħu fil-Bażilka tagħna l-istatwa ta’ Santa Rita meqjuma fil parroċċa ta’ Santu Wistin, ser tiġi ċelebrata l-quddiesa fis-6.30pm fis-Santwarju tagħna u wara nkomplu bil-pellegrinaġġ lejn il-Knisja ta’ Santu Wistin. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi.

Il-Ġublew tal-Familja

Nhar il-Ħadd 27 ta’ Diċembru 2015 fis-Santwarju ġie ċċelebrat il-Ġublew tal-Familja fil-Festa tal-Familja Mqaddsa organizzat mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp. Il-quddiesa ġiet ċċelebrata mill-Pirjol P. Alex Scerri O.Carm. (more…)

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.