Illum huwa t-Tieni Ħadd tax-xahar għalhekk il-ġabra li ser issir illum ser tkun b’risq is-Santwarju. Nitolbukom biex bħal dejjem tkunu ġenerużi. Nirringrazzjawkom!
Għada t-Tnejn, 15 ta’ Awwissu, niċċelebraw is-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Verġni Marija bir-Ruħ u l-Ġisem. Infakkru li hija Festa Kmandata u hemm l-obbligu tas-smigħ tal-quddies. Il-quddies f’dan is-Santwarju jkun bħal ta’ nhar ta’ Ħadd.
Ser tiġi organizzata ġurnata għal Sqallija nhar is-Sibt 10 ta’ Settembru b’risq is-Santwarju. DAwk li huma interessati li jiġu magħna jħallu d-dettalji tagħhom fis-Sagristija.