Kif tafu beda x-xahar ta’ ottubru. matul ix-xahar kuljum f’dan is-Santwarju, jingħad ir-Rużarju quddiem Ġesù Sagramentat fis-6.00 p.m. Inħeġġu lil kulħadd biex tingħad din it-talba tar-rużarju b’mod speċjali matul dan ix-xahar fil-familji tagħna.
Għada t-Tlieta 3 ta’ Ottubru ser niċċelebraw il-Festa trasferita tal-Anġlu Kustodju. Fis-6.00 p.m. jkun hawn ir-rużarju u fid-6.30 p.m. jkun hawn quddiesa konċelebrata kantata.
Nhar it-Tlieta huwa l-ewwel Tlieta tax-xahar. Għalhekk it-Terzarji Karmelitani rġiel u nisa ser jerġa’ jkollhom il-laqgħa tagħhom wara li waqafna għax-xhur tas-sajf. Il-laqgħa tibda fil-5.15 p.m.
Infakkru wkoll lit-Terzjarji li l-Kungress Nazzjonali ser isir nhar il-Ħadd 30 ta’ Ottubru fil-Parroċċa taż-Żurrieq. Min hu ġej magħna jaħseb li javża lill-helpers minħabba t-trasport.