Home » Avviżi » Avviżi 23.10.2016

Arkivji

Avviżi 23.10.2016

Illum qed niċċelebraw il-Ġurnata Missjunarja, filwaqt li nitolbu għall-missjoniiet navżawkom li l-ġbir kollu li nagħmlu llum imur b’risq il-missjoni. Nitolbukom tkunu ġenerużi. Grazzi.

Nhar il-Ħadd li ġej 30 ta’ Ottubru se jiġi ċċelebrat il-Kungress Nazzjonali tat-Terz Ordni Karmelitan fil-Parroċċa taż-Żurrieq. Aħna se jkollna trasport li jitlaq fit-3.30 pm. Inħeġġu ħafna lit-Terzjarji Karmelitani kollha biex jattendu għal dan il-Kungress Annwali tagħhom.

Matul ix-xahar ta’ Novembru kuljum fis-Santwarju isir talb u quddiesa ta’ filgħaxija għall-erwieħ li intom tixtiequ li aħna nitolbu għalihom. Għalhekk fuq l-artal għamilna envelopes biex wieħed jista’ jikteb ismijiet tal-mejtin tiegħu u jitfagħhom fil-kaxxa li hemm apposta flimkien mal-offerta b’suffraġju għal ruħhom.


Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m. 8:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
7:00 a.m. 8:00 a.m., 10:00 a.m., 11.00 a.m. u 6.30 p.m.

L-Erbgħa:
10:00 a.m. Quddiesa u wara supplika quddiem ix-Xbieha Inkurunata
6:30 p.m. Konċelebrazzjoni u kant tas-Salve Regina u Flos Carmeli