Dalgħodu tnediet l-Għaqda Madonna tal-Karmnu Valletta li se tkun qed tgħin lill-Komunità Karmelitana li rappreżentata mill-Pirjol/Prokuratur tal-Festa, tieħu ħsieb bi ftehim magħhom torganizza, il-Festi Esterni kollha tal-Festa tal-Madonna tal-Karmnu li jsiru ġewwa l-Belt Valletta.
Il-ġurnata bdiet billi fl-10.00 a.m. saret quddiesa mmexxija mill-Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm. Wara l-quddiesa dawk preżenti ltaqgħu fir-refitorju tal-kunvent fejn il-Pirjol tkellem dwar l-għan ta’ din l-għaqda. Tnieda l-logo uffiċjali mill-Pirjol u wara s-Segretarju tal-għaqda John Farrugia ppreżenta l-istatut lil dawk preżenti. Wara saret diskussjoni dwar l-istatut. Wara saret il-ħatra tal-karigi kif ġej:
Pirjol/Prokuratur tal-Festa: Patri Alex Scerri O.Carm
Chairperson: Julian Vassallo
Viċi Chairperson: Ryan Catania
Segretarju: John Farrugia
Assistent Segretarju/PRO: Christian Pace
Kaxxiera: Brenice Zammit
Assistenta Kaxxiera: Marilyn Pace Mintoff
Direttur Imħażen u Proġetti: Carmel Pace
Konsulent tal-Għaqda: Charles Portelli
Rappreżentant taż-Żgħażagħ: Enya Curmi
Kummissjoni Fund Raising:
Kordinatur: Neil Blundell
Membri: Andre Grech, Chris Saffret, Darren Micallef, Rita Blundell, Jennifer Scicluna, Noel Muscat, Joanne Camilleri.
Kummissjoni Nar 20 ta’ Lulju: Ilario DeGiovanni, Clyde Borg, Joseph Grioli
Kummissjoni Banda: Ryan Catania, Ronnie Catania, Omar Coleiro, Kevin Borg
Kummissjoni IT: Carl Farrugia, Kevin Curmi
Wara l-ħatra tal-Kumitat sar l-ewwel diskors miċ-Chairperson Julian Vassallo fejn ħeġġeġ lin-nies preżenti biex jidħlu membri u jkompli jaħdmu biex inkabbru l-festa.