Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-1950 sena mill-Martirju ta’ San Pawl, il-Kolonna tal-Martirju ta’ San Pawl li tinsab fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu se tkun qed iddur il-knejjes tal-Belt Valletta.
Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Ġunju din il-Kolonna se tinġieb fis-Santwarju tagħna b’pellegrinaġġ mill-Kon-Katidral ta’ San Ġwann li se jitlaq fis-5.45p.m.
Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju l-Kolonna se titlaq mis-Santwarju għal ħabta tas-6.15p.m. lejn il-Parroċċa ta’ Santu Wistin.
Nistiednu l-kulħadd biex jattendi.