Programm tal-Festi Esterni

L-Erbgħa 11 ta’ Lulju 2018
6.30pm Quddiesa tan-Novena bis-sehem tat-tfal u wara tingħata bidu għall-manifestazzjoni bl-istatwa żgħira tal-Madonna tal-Karmnu. Jakkumpanjaw din il-Manifestazzjoni t-‘Tikka Banda’ li tibda minn quddiem is-Santwarju u tgħaddi minn Triq il-Punent, l-Arċisqof, Pjazza San Ġorġ, it-Teatru l-Antik fejn imbagħad isir id-dħul tal-istatwa lura fis-Santwarju f’atmosfera ferrieħa ta’ tfal.

Il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju 2018
8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq li jibda minn Pjazza l-Assedju l-Kbir, ikompli f’dawn it-toroq, Repubblika, Teatru l-Antik, l-Ifran, l-Arċisqof, izZekka
sa ħdejn is-Santwarju fejn l-istess Banda tilqa’ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu u l-marċ ikompli minn Triq il-Punent, San Ġwann, iz-Zekka, it-Teatru l-Antik u l-Punent fejn fil-11.30 p.m. nassistu għat-tlugħ tal-Madonna fuq pedestall artistiku fi Pjazza Indipendenza. Fit-tlugħ tal-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, jinħarqu kaxxi sinkronizzati.

Is-Sibt 14 ta’ Lulju 2018
L-Aħħar Jum ta’ Novena Filgħodu
10.30am L-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Balluta tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu li jibda minn Triq ir-Repubblika, it-Teatru l-Antik, iz-Zekka, l-Arċisqof, il-Punent, Santa Luċija, iz-Zekka, it-Teatru l-Antik u jintemm fis-2.00 p.m fost il-briju tal-partitarji quddiem is-Santwarju.

Is-Sibt 14 ta’ Lulju 2018
L-Aħħar Jum ta’ Novena Filgħaxija
8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba li jibda minn Pjazza l-Assedju l-Kbir u jkompli f’dawn it-toroq Repubblika, it-Teatru l-Antik, l-Ifran, l-Arċisqof, il-Punent, it-Teatru l-Antik, l-Ifran, Santa Luċija, San Patrizju, San Ġwann, il-Punent, Santa Luċija, iz-Zekka, it-Teatru l-Antik u jintemm fil-11.30 p.m quddiem is-Santwarju fejn nassistu għall-inawgurazzjoni tal-Palk wara li ġie restawrat u rinnovat u wara l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu tagħti spettaklu tal-karti sikronizzat mal-mużika.

Il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018
Lejliet il-Festa
12.00pm Il-Komunità Karmelitana flimkien mal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu fl-okkażjoni tas-600 sena mit-twaqqif tal-Ordni Karmelitan f’Malta u fit-Tifkira talinkurunazzjoni
tilqa’ lill-Ġeneral tal-Ordni li se jkun fostna fil-jiem tal-festa, b’riċeviment li se jsir għallokkażjoni fi Triq it-Teatru quddiem is-Santwarju.

Il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018
Lejliet il-Festa filgħaxija
9.00pm L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar se tesegwixxi Programm strumentali fuq il-Palk fi Triq iz-Zekka maġenb is-Santwarju. Kif jintemm għall-ħabta tal-10.45 p.m. nagħtu bidu għan-nar tal-art fi Triq Marsamxett.

It-Tnejn 16 ta’ Lulju 2018
5.30pm Marċ mill-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq li jibda minn Triq ir-Repubblika, it-Teatru, fejn tassisti għall-ħruġ tal-purċissjoni bl-Innu Fior Del Carmel ta’ Mro
Cardenio Botti. Il-marċ jintemm fejn is-Santwarju wara li toħroġ il-Purċissjoni.
6.30pm Marċ mis-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette li jibda minn Triq ir-Repubblika ħdejn il-Wembley Stores, it-Teatru sa ħdejn is-Santwarju. Wara l-banda tkompli b’marċ fi Triq l-Ifran ħdejn l-Iskola ta’ St Albert.
7.15pm Marċ mill-Banda Madonna tal-Karmnu tal-Fgura li jibda minn Triq Merkanti (quddiem is-Suq) u tkompli bis-servizz tagħha fi Pjazza San Ġwann quddiem il-Kon-Katidral fejn din l-Banda takkumpanja l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fil-purċissjoni fi Triq irRepubblika,
it-Teatru sad-dħul lura fis-Santwarju. Hekk kif l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tasal fi Pjazza San Ġorġ jibda spettaklu tan-nar u kaxxa infernali.

7.30pm L-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Balluta tesegwixxi Programm strumentali fuq il-Palk fi Triq iz-Zekka maġenb is-Santwarju.

You may also like...

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *