Il-programm dettaljat tal-festi interni u esterni li se jiġu ċċelebrati f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu, Omm u Patruna tal-Karmelitani, mill-1 sas-16 ta’ Lulju fil-Belt Valletta.
Il-programm tal-festi interni:
It-Tnejn, l-1 ta’ Lulju
7.00pm – Quddiesa mill-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm., Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju, jingħata l-mandat lir-Reffiegħa u wara jsir il-ħruġ minn-niċċa tal-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu.
It-Tlieta 2 ta’ Lulju: Jum tal-Familji Karmelitani
6.30pm – Quddiesa organizzata mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, bis-sehem tal-Familji Karmelitani. Mistiedna dawk il-koppji li żżewġu fis-Santwarju fl-aħħar snin u dawk li qed jiċċelebraw xi anniversarju importanti miż-żwieġ tagħhom.
L-Erbgħa 3 ta Lulju: Jum il-Vokazzjonijiet Karmelitani
Ġurnata ta’ Talb għal aktar Vokazzjonijiet fl-Ordni Karmelitan matul il-ġurnata kollha.
6.00pm – Rużarju
6.30pm – Quddiesa minn Patri Victor Paul Farrugia O.Carm., f’għeluq l-10 snin mill-Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu.
Il-Ħamis 4 ta Lulju: Jum it-Terzjarji Karmelitani
6.00pm – Rużarju
6.30pm – Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitan li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji l-ġodda.
Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju: Jum Ewkaristiku
Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotrata’ grazzji fuqna
10.00am – Quddiesa. Wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar.
6.00pm – Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija
6.30pm – Quddiesa bil-ħsieb fuq l-Verġni Marija fiċ-Ċenaklu
Is-Sibt 6 ta’ Lulju: Festa tat-Tfal
10:00am: Quddiesa għat-tfal mill-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm., Rettur tas-Santwarju, li matulha ssir il-preżentazzjoni tat-trabi u t-tfal lill-Madonna tal-Karmnu. Wara tkompli manifestazzjoni bl-istatwa tat-tfal tal-Madonna tal-Karmnu kif spjegat fil-programm tal-festi esterni.
Mis-Sibt 6 ta’ Lulju sal-Ħadd 14 ta’ Lulju: Novena f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu
6.00pm – Rużarju bil-Litanija Karmelitana
6.30pm – Quddiesa bl-omelija u wara Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Reġina u l-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.
Predikaturi tan-Novena:
Mis-6 sa 8 ta’ Lulju: Rev. Patri Kurt Mizzi O. Carm
Mid-9 sa 11 ta’ Lulju: Rev. Patri Mark V. Attard O. Carm
Mit-12 sal-14 ta’ Lulju: Rev. Patri Alexander Vella O. Carm
Is-Sibt, 13 ta’ Lulju: Jum l-Anzjani u l-Morda
10.00am – Quddiesa bis-sehem tal-anzjani u l-morda mid-diversi Djar u Residenzi, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tad-Dilka tal-Morda. Ċelebrant, is-Saċerdot Novell Dun AayrtonRay Muscat.
Il-Tnejn, 15 ta’ Lulju Lejlet il-Festa – Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni
Filgħodu:
10.00am – Quddiesa Solenni f’għeluq il-138 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, tax-xbieha mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu. Ċelebrant ir-Rev. Kanonku, Patri Michael Camilleri O.P, Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Porto Salvo u San Duminku, f’għeluq il-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Presbiterali tiegħu. Jagħmel id-diskors tal-
Inkurunazzjoni, ir-Rev. Kanonku Dun Anton Galea Scannura, Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġa.
Filgħaxija
5.30pm – Rużarju u Kurunella
6.00pm – Quddiesa mmexxija mis-Saċerdot Novell Dun Peter Ellul.
7.00pm – Tranżlazzjoni Solenni mill-Knisja tal-Pilar fejn iċ-ċelebrazzjoni tkompli bl-Għasar Solenni u l-Barka Sagramentali. Ċelebrant il-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani.
It-Tlieta, 16 ta’ Lulju: Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Il-Quddies filgħodu jkun fil-5.30, 6.00, 6.30, 7.00, 9.00, 11.30 (fl-oratorju) u f’nofsinhar
7.30am – Ċelebrazzjoni Solenni ta’ Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm, Rettur tas-Santwarju.
8.00am – Quddiesa mir-Retturi u l-Kappillani tal-Knejjes tal-Belt. Ċelebrant il-Wisq Rev. Patri Leslie Gatt O.S.A, Provinċjal tal-Agostinjani.
9.30am – Quddiesa Solenni Prelatizja mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani bil-Paniġierku minsuġ minn Mons. Joseph Farrugia, Arċipriet Emeritu tal-Bażilka ta’ San Ġorġ, Għawdex.
5.15pm – Għasar Solenni mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju
6.00pm – Quddiesa kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta.
7.00pm – Purċissjoni Solenni bl-Istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provincjal tal-Karmelitani. Waqt il-pellegrinaġġ tingħad it-talba tar-Rużarju.
8.00pm – Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir il-konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu.
10.15pm – Dħul tal-Purċissjoni fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika
L-Erbgħa 31 ta’ Lulju : Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr
6.00pm – Rużarju
6.30pm – Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla tal-Festi li għaddew u wara jsir id-dħul tal-Vara tal-Madonna tal-Karmnu fin-niċċa
Il-programm tal-festi esterni:
Is-Sibt 6 ta’ Lulju 2019: Festa tat-Tfal
10:00am: Quddiesa għat-tfal fis-Santwarju u wara marċ mit-Tikka Banda li takkumpanja l-istatwa ż-żgħira tal-Madonna tal-Karmnu. Il-marċ jgħaddi minn dawn it-toroq: Triq it-Teatru l-Antik, Zekka, l-Arċisqof u Merkanti. Id-demostrazzjoni tidħol is-Suq tal-Belt u tkompli għal Triq il-Merkanti, Triq San Ġwann, Triq ir-Repubblika, Triq it-Teatru l-Antik sas-Santwarju fejn isir festin għat-tfal quddiem il-Bażilika.
Is-Sibt 13 ta’ Lulju 2019: Marċ taż-Żgħażagħ bl-istatwa ta’ Sant Elija
8.00pm: Marċ brijuż bis-sehem tas-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq li jibda minn Pjazza Mattia Preti għal Triq il-Punent, Triq Santa Luċija, Triq Zekka, Triq it-Teatru l-Antik, Triq ir-Repubblika, Triq San Ġwann, fejn tittella’ l-istatwa ta’ Sant’Elija fuq il-pedestall tagħha.
Il-Ħadd 14 ta’ Lulju: Marċ tal-Vara
8.30pm: Marċ mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba, li jibda minn quddiem il-Qorti fi Triq ir-Repubblika għal Triq it-Teatru Antik, Triq l-Ifran, Triq San Kristofru fejn tingħata tislima lill-Madonna fin-Niċċa tal-Biċċerija l-Antika. Il-marċ ikompli għal Triq Zekka, Triq it-Teatru l-Antik fejn il-banda tilqa’ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-marċ fil-ħruġ tagħha mill-Bażilika. Il-marċ ikompli għal Triq il-Punent, Triq San Ġwann, Triq Zekka, Triq it-Teatru l-Antik, Triq il-Punent u Pjazza Indipendenza fejn l-istatwa tittella’ fuq il-pedistall tagħha.
It-Tnejn 15 ta’ Lulju: Marċ tal-Inkurunazzjoni
Filgħodu:
11.00am: Marċ tradizzjonali tal-lnkurunazzjoni mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Balluta li jgħaddi minn Pjazza San Ġorġ għal Triq it-Teatru l-Antik, ikompli għal Triq Zekka, Triq l-Arċisqof, Triq Merkanti, Triq San Ġwann, Triq ir-Repubblika, Triq- it-Teatru l-Antik sa quddiemis-Santwarju. Fi tmiem il-marċ briju mill-partitarji Karmelitani flimkien ma’ DJ Ryan Spiteri.
Filgħaxija:
8.00pm: Marċ mis-Soċ. Fil. Naz. La Valette li jibda minn quddiem it-Teatru Rjali u jibqa’ sejjer għal Triq Ir-Repubblika, Triq San Ġwann, Triq il-Merkanti, Triq it-Teatru l-Antik fejn xħin il-Banda Nazzjonali La Vallette tasal ħdejn is-Santwarju se ssir il-preżentazzjoni tal-Istandard il-ġdid tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu Valletta u jindaqqu l-innijiet miż-żewġ baned mistiedna. Wara l-Banda La Valette se tkompli bil-Marċ minn Triq It-Teatru l-Antik, Triq Il-Punent sa Pjazza Indipendenza, biex wara jinħaraq in-nar tal-art quddiem il-Pilar (Fuq is-Sur).
8.30pm: Programm Vokali u Strumentali mill-Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar fuq il-Palk tal-Banda artistiku ħdejn il-Knisja taħt id-Direzzjoni tas-Surmast David Agius.
It-Tlieta 16 ta’ Lulju: Jum is-Solennità tal-Madonna tal-Karmnu
5.30pm: Marċ mill-Banda Queen Victoria Taż-Zurrieq li jgħaddi minn Triq ir-Repubblika (ħdejn il-Wembley) u Triq It-Teatru l-Antik fejn il-Banda tilqa’ l-Vara tal-Madonna tal-Karmnu bid-daqq tal-innijiet mal-ħruġ tagħha mis-Santwarju Bażilika. Mal-ħruġ tal-varajinħaraq salut u kaxxa infernali.
7.30pm: Is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Balluta tibda ProgrammMużikali fuq il-Palk tal-Banda fejn is-Santwarju.
7.00pm: Is-Soċ. Fil. Nazz. La Valette tibda marċ minn ħdejn il-Wembley fi Triq Ir-Repubblika sa Pjazza San Ġorġ fejn wara tibda Programm Mużikali fi Pjazza San Ġorġ. Mal-wasla tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu tindaqq l-Ave Maria u l-innijiet Karmelitani. Is- Soċ. Fil. Nazz. La Valette tkompli bil-Programm Mużikali.
7.30pm: L-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura tibda marċ minn Triq Merkanti ħdejn Is-Suq tal-Belt sa quddiem il-Kon Katidral ta’ San Ġwann fejn tilqa’ l-Vara tal-Madonna tal-Karmnu waqt iċ-ċelebrazzjoni Marjana fuq iz-zuntier tal-istess KonKatidral. Il-banda tibqa’ takkumpanja l-vara b’daqq ta’ innijiet Marjani għal Triq ir-Repubblika u Triq it-Teatru l-Antik sas-Santwarju.