我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Avviżi » PROGRAMM (Ristrett) tal-Festi Solenni li l-Provinċja Karmelitana Maltija se tiċċelebra f’ġieħ Il-Madonna Tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilika Tagħha fil-Belt Valletta

Arkivji

PROGRAMM (Ristrett) tal-Festi Solenni li l-Provinċja Karmelitana Maltija se tiċċelebra f’ġieħ Il-Madonna Tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilika Tagħha fil-Belt Valletta

L-Erbgħa, 15 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni

10.00am Quddiesa Konventwali f’għeluq il-139 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, tax-Xbieha Mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu, immexxija mill-Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju u l-komunità Karmelitana. Jipprietka Patri Victor Paul Farrugia O. Carm.
6.00pm Rużarju u Kurunella.
6.30pm Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu. Ċelebrant il-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm, Provincjal tal-Karmelitani.

Il-Ħamis, 16 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu

8.00am Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum, immexxija mir-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju.
10.00am Quddiesa Solenni Prelatizja mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani. Jinseġ il-paniġierku l-Kanonku Dun Joe Zammit.
6.00pm It-Tieni Għasar tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni r-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju
6.30pm Quddiesa Kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta
7:30pm Pellegrinaġġ ta’ talb u ringrazzjament bil-vara devota tal-Madonna tal-Karmnu bis-sehem tas-Soċ. Fil. Naz. La Valette u l-Kor Notre Dame. Din is-sena t-talb jibqa’ għaddej sad-dħul lura fis-Santwarju. Il-pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-toroq: Teatru, Punent, Arċisqof, Merkanti, Pjazza San Ġwann, Repubblika, Teatru sas-Santwarju. Quddiem il-Kon Katidral ta’ San Ġwann issir ċelebrazzjoni Marjana bis-sehem tal-Parroċċi Beltin. Kulħadd huwa mħeġġeġ iġib miegħu xemgħa li se titbierek u tittieħed lura fi djarna. Mad-dħul tal-pellegrinaġġ titkanta l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali

NIMXU WARAJK KULL FEJN TEĦODNA VERĠNI MARIJA


1 Comment

  1. Kemm nixtieq li inkun hemm, imma ma nistax.
    Il-Festa it-Tajba lil kulhadd.
    Dejjem nimxu warajk kull fejn tehodna Vergni Marija

Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.