我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » 2022

Yearly Archives: 2022

Arkivji

Programm Festa 2022 – 400 sena fi Triqatna

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Lulju
Ħruġ min-niċċa u Ftuħ tal-Festa
6.30pm Quddiesa tal-ftuħ tal-festa mmexxija mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm, Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jingħata l-mandat lir-Reffiegħa u wara jsir il-ħruġ tal-vara għażiża u devota tal-Madonna tal-Karmnu min-niċċa, fost il-kant ta’ innijiet Marjani.

Is-Sibt, it-2 ta’ Lulju
Festa tat-Tfal
10.00am Wara l-quddiesa ssir manifestazzjoni bil-vara ż-żgħira tal-Madonna tal-Karmnu bis-sehem tal-banda. Il-manifestazzjoni tgħaddi minn Triq it-Teatru l-Antik, Punent, Zekka, Arċisqof, Merkanti fejn issir waqfa fis-Suq tal-Belt. Il-manifestazzjoni tkompli fi Triq Merkanti għal Triq it-Teatru sas-Santwarju Bażilika. Fit-tmiem isir festin għat-tfal kollha

Il-Ħadd, it-3 ta’ Lulju
Niftakru f’dawk li ħallewna
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa li matulha nitolbu għal dawk il-persuni li ħallewna matul l-aħħar sena u anke l-familji tagħhom.
It-Tnejn, l-4 ta’ Lulju
Jum Ewkaristiku
Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra ta’ grazzji fuqna
10.00am Quddiesa. Wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar
6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija u purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija fis-Santwarju
6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq l-Verġni Marija fiċ-Ċenaklu

Il-Tlieta, il-5 ta’ Lulju
Jum it-Terzjarji Karmelitani
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitani fiha ssir il-vestizzjoni u l-Professjoni tat-Terzjarji l-ġodda.

Mil-Erbgħa is-6 ta’ Lulju sal-Ħamis l-14 ta’ Lulju
Novena f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu
Kuljum:
6.00pm Rużarju kantat bil-Litanija Karmelitana
6.30pm Quddiesa solenni tan-Novena bil-ħsibijiet mir-Rev. Patri Renald J. M. Lofreda O. Carm, Kappillan u Pirjol tal-Parroċċa Karmelitana tal-Balluta. Wara tingħad il-Kurunella u ssir Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Regina u Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Is-6 ta’ Lulju Jum l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu

Is-7 ta’ Lulju – Jum il-Voluntiera tas-Santwarju Bażilika

It-8 ta’ Lulju – Jum l-Għaqdiet Soċjali, Ċivili u Kulturali tal-Belt

Id-9 ta’ Lulju – Jum il-Familja
Mistiedna dawk li żżewġu dis-sena fis-Santwarju

L-10 ta’ Lulju – Jum l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp

Il-11 ta’ Lulju – Jum l-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu
Wara l-quddiesa tan-Novena se jittella’ program ta’ mużika sagra biex jiċċelebra l-400 sena mit-Twaqqif tal-istess Arċikonfraternità

It-12 ta’ Lulju – Jum il-Vokazzjonijiet Karmelitani

L-Erbgħa, it-13 ta’ Lulju
Jum il-Morda u l-Anzjani
10.00am Quddiesa għall-morda u l-anzjani. mill-Eċċ Tiegħu Mons. George Frendo O.P, Arċisqof Emeritu ta’ Tirana fl-Albanija. Tul iċ-ċelebrazzjoni tkun esposta x-xbieha devota tal-Madonna tal-Karmnu, li kienet iddur id-dar tal-morda u l-anzjani u ssir ukoll id-dilka biż-żejt tal-Griżma tal-Morda. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni ssir purċissjoni bis-Ssmu. Sagrament fis-Santwarju u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis, l-14 ta’ Lulju
L-Aħħar Jum tan-Novena
6.30pm Quddiesa solenni tal-Aħħar Jum tan-Novena li għaliha huma mistiedna l-Baned, l-għaqdiet tan-Nar u anke l-artisti li jieħdu sehem fil-festa esterna.

Il-Ġimgħa, il-15 ta’ Lulju
Lejlet is-Solennità u Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni
10.00am Quddiesa Konventwali mil-komunità tas-Santwarju mmexxija mir-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju, f’għeluq il-141 sena mill-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, tax-Xbieha Mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu. Jinseġ id-Diskors tal-Inkurunazzjoni, ir-Rev. Patri Kurt M. Mizzi O. Carm. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir il-kant tar-Regina Coeli u t-Te Deum.
6.00pm Quddiesa mmexxija mir-Rev. Patri Michael M. Camilleri O.P., Kappillan u Pirjol tal-Parroċċa ta’ Sidtna Marija ta’ Porto Salvo u San Duminku
7.00pm Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwija mill-Oratorju ta’ Ġesù Nazzarenu bis-sehem tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu. It-Tranżlazzjoni tgħaddi minn Triq il-Punent, Triq l-Arċisqof, Triq l-Ifran u Triq it-Teatru sas-Santwarju. Wara jkompli l-Ewwel Għasar Solenni tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu u tingħata l-Barka Sagramentali. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni, il-Wisq. Rev. Patri Joseph Saliba O.Carm, Provinċjal tal-Karmelitani.

Is-Sibt, is-16 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Il-Quddies filgħodu jkun: fil-5.30, 6.00, 6.30, 7.00, 9.00 u f’nofsinhar
7.30am Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju.
8.00am Quddiesa mill-Provinċjali, ir-Retturi u l-Kappillani tal-Knejjes tal-Belt. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Monsinjur Paul Carmel Vella TOK, Rettur tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
9.30am Il-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra Quddiesa Solenni Prelatizja f’Jum il-Festa Patronali tal-Ordni mmexxija mill-Wisq Rev. Provinċjal Patri Joseph Saliba O.Carm. Jinseġ il-paniġierku r-Rev. Patri Alexander M. Vella O.Carm.
5.30pm It-Tieni Għasar Solenni mmexxi mir-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju
6.00pm Quddiesa kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta.
7.00pm Purċissjoni Solenni bil-vara devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani.
Waqt il-pellegrinaġġ, akkumpanjat mill-banda, tingħad it-talba għażiża tar-Rużarju.
8.00pm Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir Ċelebrazzjoni Marjana u l-konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu
10.15pm Dħul tal-Purċissjoni lura fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika

Festi Esterni

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Lulju
Ħruġ min-Niċċa
8.30pm Blue Gathering b’risq il-festa quddiem is-Santwarju Bażilika

Is-Sibt 2 ta’ Lulju
Festa tat-Tfal
11.00am Manifestazzjoni bil-vara ż-żgħira tal-Madonna tal-Karmnu bis-sehem tal-banda. Il-manifestazzjoni tgħaddi minn Triq it-Teatru l-Antik, Punent, Zekka, Arċisqof, Merkanti fejn issir waqfa fis-Suq tal-Belt. Il-manifestazzjoni tkompli fi Triq Merkanti għal Triq it-Teatru sas-Santwarju Bażilika. Fit-tmiem isir festin għat-tfal kollha.

Is-Sibt, id-9 ta’ Lulju
Attività b’risq il-Festa
8.30pm BBQ b’risq il-festa fi Pjazza Indipendenza b’divertiment matul is-serata kollha

It-Tlieta, it-12 ta’ Lulju
Inawgurazzjoni tal-Istatwa Monumentali tal-Bażilika
8.30pm Programm mużikali b’elementi mis-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu tal-Balluta fi Triq it-Teatru l-Antik, biswit Pjazza San Ġorġ. Waqt il-programm issir l-inawgurazzjoni tal-Istatwa Monumentali li tirrappreżenta l-Bażilika.

L-Erbgħa, it-13 ta’ Lulju
Marċ taż-Żgħażagħ bl-istatwa ta’ Sant’ Elija
8.00am Marċ mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq li tibda minn Pjazza Mattia Preti għal Triq il-Punent, Santa Luċija, Patrizju, San Ġwann u Zekka. Malli l-marċ jasal ħdejn is‑Santwarju Bażilika, il-Banda takkumpanja l-istatwa ta’ Sant’Elija lejn Triq it-Teatru l-Antik, Repubblika u fuq San Ġwann fejn l-istatwa tittella’ fuq il-pedistall tagħha.

Il-Ħamis, l-14 ta’ Lulju
Marċ tal-Aħħar tan-Novena
8.30pm Marċ mill-Banda Sliema li jibda minn quddiem il-Qorti, għal Triq ir-Repubblika, Teatru l-Antik, l-Ifran, San Kristofru, Zekka u Teatru fejn il-Banda tilqa’ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-marċ. Il-marċ ikompli fi Triq il-Punent, San Ġwann u Zekka. Malli l-marċ jasal biswit il-palk, se ssir l-inawgurazzjoni ta’ bandalora kbira li saret fuq inizjattiva tas-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin. Wara l-marċ ikompli sa Pjazza Indipendenza fejn l-istatwa tittella’ fuq il-pedistall tagħha u jsir spettaklu ta’ logħob tan-nar.

Il-Ġimgħa, il-15 ta’ Lulju
Lejliet il-Festa
11.30am Marċ Tradizzjonali ta’ Filgħodu mill-Għaqda Mużikali tal-Karmnu tal-Balluta li jgħaddi minn Triq it-Teatru l-Antik, Zekka, Arċisqof, Merkanti, San Ġwann, Repubblika, Teatru l-Antik sa quddiem is-Santwarju Bażilika
9.00pm Programm mużikali fi Pjazza San Ġorġ mis-Soc. Fil. Naz. La Valette bis-sehem ta’ diversi mistiedna distinti. Wara l-istess Soċjetà Filarmonika tinżel f’marċ minn Pjazza San Ġorġ sa quddiem is-Santwarju Bażilika

Is-Sibt, is-16 ta’ Lulju
Jum il-Festa
6.00pm Marċ mill-Għaqda Karmelitana Queen Victoria taż-Żurrieq minn quddiem it-Teatru Rjal sas-Santwarju fejn tilqa’ l-vara tal-Madonna tal-Karmnu fil-ħruġ tagħha mill-Bażilika bid-daqq tal-Fior del Carmel
7.30pm L-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura tilqa’ l-vara tal-Madonna tal-Karmnu fi Pjazza Indipendenza u takkumpanjaha tul it-triq kollha tal-purċissjoni sad-dħul tagħha fis-Santwarju
7.30pm Is-Soc. Fil. Naz. La Valette tibda marċ minn Triq ir-Repubblika sakemm issib postha fi Triq Zekka fejn tilqa’ l-vara tal-Madonna tal-Karmnu bid-daqq tal-Fior del Carmel

Programm tan-Nar

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Lulju
Ħruġ min-Niċċa
8.00am u 12.00pm Jinħaraq Salut
7.30pm Waqt il-Ħruġ tal-Vara min-niċċa, jinħaraq Salut, Kaxxa infernali u diversi murtali

Il-Ġimgħa, il-15 ta’ Lulju
Lejliet il-Festa
10.45am Waqt it-Te Deum jinħaraq salut.
7.00a.m. Waqt it-Tranżlazzjoni jinħaraq salut, kaxxa infernali u diversi murtali u murtaletti
9.00pm Waqt il-programm mużikali jinħarqu diversi blalen

Is-Sibt, is-16 ta’ Lulju
Jum il-Festa
8.00am u 12.00pm Jinħaraq Salut u diversi murtali u murtaletti
7.00pm Jinħaraq Salut, kaxxa infernali u diversi murtali u murtaletti
8.45pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti bil-logħob malli l-vara tasal fi Pjazza San Ġorġ

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.