我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Aħbarijiet » PROGRAMM TAL-FESTI SOLENNI li l-Provinċja Karmelitana Maltija se tiċċelebra fʼĠieħ il-Madonna tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilika TagħHa fil-Belt Valletta 1 – 16 taʼ Lulju 2024

Arkivji

PROGRAMM TAL-FESTI SOLENNI li l-Provinċja Karmelitana Maltija se tiċċelebra fʼĠieħ il-Madonna tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilika TagħHa fil-Belt Valletta 1 – 16 taʼ Lulju 2024

It-Tnejn, 1 taʼ Lulju
Ħruġ min-Niċċa
6.30pm Quddiesa tal-ftuħ tal-festa mmexxija mill-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm., Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju. Fil-bidu taċ-ċelebrazzjoni, kif inhi d-drawwa, jinkixef il-Kwadru Inkurunat u ssir il-mixgħela tal-Bażilika, jingħata l-mandat lir-Reffiegħa u wara ssir l-ħruġ min-niċċa tal-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu.

L-Erbgħa, 3 taʼ Lulju
Jum it-Terzjarji Karmelitani
6.30pm Quddiesa bis-sehem tat-TerzʼOrdni Karmelitan li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji l-ġodda

Il-Ħamis, 4 ta’ Lulju
Niftakru fʼdawk li ħallewna
6.30pm Quddiesa għall-erwieħ tal-mejtin li mietu matul din is-sena. Mistiedna l-qraba u l-familjari tagħhom

Il-Ġimgħa, 5 ta’ Lulju
Jum Ewkaristiku
Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra taʼ grazzji fuqna
10.00am Quddiesa. Wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar.
6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija
6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq il‑Verġni Marija fiċ-Ċenaklu

Mis-Sibt 6 taʼ Lulju sal-Ħadd 14 taʼ Lulju
Novena fʼġieħ il-Madonna tal-Karmnu
Kuljum:
6.00pm Rużarju kantat bil-Litanija Karmelitana
6.30pm Quddiesa solenni bil-ħsibijiet tan-Novena. Wara tingħad il-Kurunella u ssir Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Reġina u Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

6 taʼ Lulju
10.00am Quddiesa animata għat-tfal fis-Santwarju bil-preżentazzjonijiet lill-Madonna tal-Karmnu

7 taʼ Lulju
Imexxi ċ-ċelebrazzjoni Patri Joseph Zahra O.P., Kappillan tas-Santwarju tal-Madonna taʼ Fatima Gwadamanġa

8 taʼ Lulju
Imexxi ċ-ċelebrazzjoni l-Kan. Dun Robert Grech, Kappillan tas-Swatar

9 taʼ Lulju
Imexxi ċ-Ċelebrazzjoni l-Kan. Dun Robert Grech, Kappillan tas-Swatar

10 taʼ Lulju
Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr fl-okkażjoni tal-25 sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tar-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju

11 taʼ Lulju
Imexxi ċ-Ċelebrazzjoni Rev. Dun David Borg, Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna taʼ Lourdes Raħal Ġdid

12 taʼ Lulju
Jum il-Vokazzjonijiet Karmelitani.
6.30pm Quddiesa tan-Novena mmexxija mill-Eminenza Tiegħu l-Kardinal Mario Grech, Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, fl-okkażjoni tas-70 sena mill- Professjoni Reliġjuża taʼ Suor Carmen Bonnici, Karmelitana

Is-Sibt 13 taʼ Lulju
Jum il-Morda u l-Anzjani
10.00am Quddiesa għall-morda u l-anzjani. Tul iċ-ċelebrazzjoni tkun esposta x-xbieha devota tal-Madonna tal-Karmnu. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni se ssir purċissjoni bis-Ssmu. Sagrament fis-Santwarju u tingħata l-Barka Sagramentali.
6.30pm Quddiesa bis-Sehem tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu immexxija mir-Rev. Dun Franco Fenech, Kappillan tal-Parroċċa tal-Immakulata Kunċizzjoni Ħamrun

Il-Ħadd 14 taʼ Lulju
L-Aħħar Jum tan-Novena
6.30pm Quddiesa solenni tal-Aħħar Jum tan-Novena mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Emeritu George Frendo O.P., bis-sehem tal-Arċikonfraternità taʼ San Ġużepp

It-Tnejn, 15 taʼ Lulju
Lejlet is-Solennità u Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni
10.00am Quddiesa Solenni mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku fil-Marokk, fʼgħeluq il-143 sena mill-Ewwel Inkurunazzjoni fʼdawn il-Gżejjer, tax-Xbieha Mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu. Jinseġ id-Diskors tal-Inkurunazzjoni, ir-Rev. Kan. Dun David Torpiano, Viċi Arċipriet tal-Parroċċa taʼ San Pawl Nawfragu. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir il-kant tar-Regina Coeli u t-Te Deum.
6.30pm Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwa mill-Oratorju taʼ Ġesù Nazzarenu, bis-sehem tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu. Wara jkompli l-Ewwel Għasar Solenni tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu u tingħata l-Barka Sagramentali. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni, il-Wisq. Rev. Patri Charles Mallia O.Carm, Provinċjal tal-Karmelitani.
7.30pm Quddiesa

It-Tlieta, 16 taʼ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Il-Quddies fuq l-artal tal-vara jkun fil-5.30am, fis-6.00am, 6.30am, 7.00am u nofsinhar
7.30am Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tifħir taʼ Sbieħ il-Jum mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm Rettur tas-Santwarju
8.00am Quddiesa mill-Provinċjali, r-Retturi u l-Kappillani tal-Knejjes tal-Belt. Imexxi l-W.R. Patri Josè Debono OCD, Provinċjal tal-Karmelitani Skalzi.
9.30am Il-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra Quddiesa Solenni Prelatizja fʼJum il-Festa Patronali tal-Ordni mmexxija mill-Wisq Rev. Provinċjal Patri Charles Mallia O.Carm. Jinseġ il-paniġierku r-Rev. Patri Alan Joseph Adami O.P.
5.30pm It-Tieni Għasar Solenni mmexxi mir-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju
6.00pm Quddiesa kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita taʼ Malta
7.00pm Purċissjoni Solenni bl-Istatwa devota tal-Madonna tal-Karmnu madwar it-Toroq tal-Belt Kapitali, mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Charles Mallia O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani. Waqt il-pellegrinaġġ tingħad it-talba tar-Rużarju.
8.00pm Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral taʼ San Ġwann, fejn issir il-konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu
10.15pm Dħul tal-Purċissjoni fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika

Programm Festi Esterni

Is-Sibt 6 taʼ Lulju
Festa tat-Tfal
10.30am Wara l-Quddiesa manifestazzjoni bil-vara ż-żgħira tal-Madonna tal-Karmnu bis-sehem tal-banda li tgħaddi minn Triq it-Teatru l-Antik, Triq Zekka, Triq l-Arċisqof, Triq Merkanti, is-Suq tal-Belt u tkompli għal Triq it-Teatru l-Antik fejn isir id-dħul lura fis-Santwarju. Wara jsir festin għat-tfal

Is-Sibt 13 taʼ Lulju
Marċ taʼ SantʼElija
8.30pm Marċ mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp taʼ Ħal Għaxaq organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin li jibda minn Pjazza Mattia Preti u jkompli għal Triq il-Punent, Triq Santa Luċija, Triq San Patrizju, Triq San Ġwann u Triq Zekka. Minn hawn il-banda takkumpanja l-istatwa taʼ Santʼ Elija għal Triq it-Teatru l-Antik, Triq ir-Repubblika u Triq San Ġwann fejn l-istatwa tittellaʼ fuq il-pedistall tagħha. Wara jibda spettaklu organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin.

Il-Ħadd 14 taʼ Lulju
Marċ tal-Aħħar Jum tan-Novena
8.30pm Marċ mis-Soċjetà Filarmonika Sliema, li jibda minn quddiem it-Teatru Rjal għal Triq ir-Repubblika, Triq Luċija, Triq Forni u Triq it-Teatru l-Antik fejn il-banda tilqaʼ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fil-ħruġ tagħha mis-Santwarju. Il-marċ ikompli minn Triq il-Punent, Triq Luċija, Triq Zekka, Triq it-Teatru l-Antik, Triq ir-Repubblika għal Pjazza Reġina fejn l-istatwa tittellaʼ fuq il-predistall tagħha. Mat-tlugħ tal-istatwa tinħaraq kaxxa tal-kulur.

It-Tnejn 15 taʼ Lulju
Lejliet is-Solennità tal-Madonna tal-Karmnu
11.30am Jibda l-marċ tradizzjonali tat-Te Deum mis-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu tal-Balluta minn quddiem it-Teatru Rjal għal Triq San Ġwann, Triq Merkanti, is-Suq tal-Belt, Triq it-Teatru l-Antik sa quddiem is-Santwarju Bażilika
8.30pm Is-Soċ. Fil. Naz. La Valette ttellaʼ l-programm mużikali annwali taʼ Lejliet il-Festa minn fuq il-planċier fi Pjazza San Ġorġ
10.00pm Ikompli marċ fi Triq it-Teatru l-Antik, Triq il-Punent sa Pjazza Mattia Preti

It-Tlieta 16 taʼ Lulju
Jum is-Solennità tal-Madonna tal-Karmnu
6.00pm Marċ mill-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq li jibda minn quddiem it-Teatru Rjal għal Triq ir-Repubblika u Triq it-Teatru l-Antik fejn tilqaʼ l-vara devota tal-Madonna tal-Karmnu fil-ħruġ tagħha mis-Santwarju Bażilika
7.00pm Marċ mis-Soc Fil Naz La Valette li jibda minn quddiem it-Teatru Rjal, għal Triq ir-Repubblika, Triq it-Teatru l-Antik sa Triq Zekka fejn imbagħad tilqaʼ d-dħul tal-purċissjoni
7.30pm L-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura tilqaʼ l-vara tal-Madonna tal-Karmnu fi Triq it-Teatru u tkompli takkumpanja l-purċissjoni tul ir-rotta kollha tagħha
7.30pm Is-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu tal-Balluta tibda programm fuq il-planċir fi Pjazza San Ġorġ u tilqaʼ l-vara tal-Madonna tal-Karmnu mal-wasla tagħha fi Triq it-Teatru l-Antik bid-daqq u l-kant tal-Ave Maria

Programm tan-Nar

It-Tnejn 15 taʼ Lulju
11.30am Ħruq taʼ salut, kaxxa infernali u diversi murtali waqt it-Te Deum
6.30pm Ħruq taʼ salut, kaxxa infernali u diversi murtali waqt it-Tranżlazzjoni
11.30pm Ħruq taʼ kaxxa tal-kulur sinkronizzata u logħob tan-nar tal-art fi Pjazza Mattia Preti

It-Tlieta 16 taʼ Lulju
8.00am Ħruq taʼ salut u diversi murtali
12.00pm Ħruq taʼ salut u diversi murtali
7.15pm Ħruq taʼ salut, kaxxa infernali u diversi murtali waqt il-ħruġ tal-purċissjoni
9.30pm-10.30pm Ħruq taʼ diversi blalen u murtali tal-logħob waqt li l-vara tkun fi Triq it-Teatru l-Antik sad-dħul tagħha fis-Santwarju


Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.