Home »

Arkivji

Loading Events

« All Events

  • This event has passed.

Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu

July 16, 2016

Il-Quddies filgħodu jkun fil-5.30, 6.00, 6.30, 7.00, 8.30, 11.30 (fl-oratorju) u f’nofsinhar

7.30am Konċelebrazzjoni mill-Provinċjali, Kappillani u Retturi tal-Knejjes tal-Belt. Ċelebrant: l-E.T. Mons. Emmanuel Barbara O.F.M. Cap., Isqof ta’ Malindi, Il-Kenja
9.30am Il-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra Quddiesa Solenni Prelatizja f’Jum il-Festa Patronali tal-Ordni mmexxija mill-W.R.P. Alexander Vella O.Carm., Provinċjal tal-Karmelitani. Jinseġ il-paniġierku l-W.R.P. Renald Lofreda O. Carm., Pirjol u Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Il-Fgura.
5.15pm Għasar Solenni mill-W.R.P. Alex Scerri O. Carm., Pirjol u Rettur tas-Santwarju.
6.00pm Quddiesa Kantata mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta
7.00pm Purċissjoni Solenni bl-Istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-W.R.P. Alexander Vella O.Carm., Provinċjal tal-Karmelitani. Waqt il-pellegrinaġġ tingħad it-talba tar-Rużarju
8.00pm Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir il-konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu
10.15pm Dħul tal-Purċissjoni fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika

Details

Date:
July 16, 2016
Event Category:

Venue

Santwarju Bazilika Madonna tal-Karmnu
Valletta, Malta + Google Map

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m. 8:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
7:00 a.m. 8:00 a.m., 10:00 a.m., 11.00 a.m. u 6.30 p.m.

L-Erbgħa:
10:00 a.m. Quddiesa u wara supplika quddiem ix-Xbieha Inkurunata
6:30 p.m. Konċelebrazzjoni u kant tas-Salve Regina u Flos Carmeli