我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Articles posted by carlfarrugia (Page 2)

Author Archives: carlfarrugia

Arkivji

Programm tal-Festi Solenni

Il-Ħadd, l-1 ta’ Lulju
Ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa
11.00am Quddiesa mill-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm., Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju. Jingħata l-mandat lir-Reffiegħa u wara ssir il-ħruġ min-niċċa tal-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu.

It-Tnejn, 2 ta’ Lulju
Jum il-Familji Karmelitani
6.30pm Quddiesa organizzata mill-Fratellanza ta’ San Ġużepp, bis-sehem tal-Familji Karmelitani. Mistiedna l-koppji li żżewġu fis-Santwarju fl-aħħar snin u dawk li qed jiċċelebraw xi anniversarju importanti miż-żwieġ tagħhom.

Il-Tlieta, 3 ta’ Lulju
Jum iż-Żgħażagħ u l-Vokazzjonijiet Karmelitani
Ġurnata ta’ Talb għal aktar Vokazzjonijiet fl-Ordni Karmelitan matul il-ġurnata kollha.
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa għaż-żgħażagħ tal-Carmel Youths li fiha jsir talb għall-Vokazzjonijiet Karmelitani u tkun animata minnhom.

L-Erbgħa, 4 ta’ Lulju
Jum it-Terzjarji Karmelitani
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitan li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji l-ġodda.

Il-Ħamis, 5 ta’ Lulju
Jum Ewkaristiku
Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra ta’ grazzji fuqna
10.00am Quddiesa. Wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar.
6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija.
6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq il-Verġni Marija fiċ-Ċenaklu.

Is-Sibt, 7 ta’ Lulju
Jum l-Anzjani u l-Morda
10.00am Quddiesa bis-sehem tal-anzjani u l-morda mid-diversi Djar u Residenzi, li fiha jiġi amministrat isSagrament tad-Dilka tal-Morda.

Il-Ħadd, 8 ta’ Lulju
9.00am Quddiesa mxandra fuq TVM2.

Mill-Ġimgħa 6 ta’ Lulju sas-Sibt 14 ta’ Lulju
Novena f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu

Fl-okkażjoni ta’ dan iċ-Ċentinarju mistednin għan-Novena r-Reliġjużi kollha ta’ Malta
Kuljum:
6.00pm Rużarju bil-Litanija Karmelitana.
6.30pm Quddiesa bl-omelija u wara Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Regina u Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Il-Ġimgħa, 6 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Ġiżwiti (S.J.) bis-sehem tas-Sorijiet tas-Sacred Heart, tas-Sorijiet ta’ St. Joseph of the Apparition u s-Sorijiet Dorotej.

Is-Sibt, 7 ta’ Lulju
Is-Soċjetà Salesjana ta’ Don Bosco (SDB) bis-sehem tas-Sorijiet Salesjani Ulied Marija Għajnuna tal-Insara, is-Sorijiet tal-Little Sisters of the Poor u s-Sorijiet Missjunarji tal-Karità ta’ Mother Theresa.

Il-Ħadd, 8 ta’ Lulju
Is-Soċjetà Missjunarji ta’ San Pawl (MSSP) bis-sehem tas-Sorijiet Missjunarji ta’ Ġesù Nazzarenu u tas-Sorijiet Ulied tal-Qalb ta’ Ġesù.

It-Tnejn, 9 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Franġiskani Minuri (OFM) bis-sehem tas-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù u s-Sorijiet Franġiskani Missjunarji tal-Qalb bla Tebgħa ta’ Marija (tal-Eġittu).

It-Tlieta, 10 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Franġiskani Konventwali (OFM Conv.) bis-sehem tas-Sorijiet Franġiskani Missjunarji ta’ Marija u s-Sorijiet tal-Bon Pastur u tas-Sorijiet Orsolini ta’ Sant’Anġela Merici.

L-Erbgħa, 11 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Franġiskani Kapucċini (OFM Cap.) bis-sehem tal-Brothers ta’ De La Salle u tas-Sorijiet tal-Karità ta’ S. Giovanna Antida Thouret.

Il-Ħamis, 12 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Agostinjani (OSA) bis-sehem tas-Sorijiet Agostinjani Servi ta’ Ġesù u
Marija.

Il-Ġimgħa, 13 ta’ Lulju
Il-Patrijiet Dumnikani (OP) bis-sehem tas-Sorijiet Dumnikani.

Is-Sibt, 14 ta’ Lulju
L-Aħħar Ġurnata tan-Novena
6.30pm Quddiesa Solenni tal-Aħħar tan-Novena mis-Saċerdot Novell ir-Rev. Patri Kurt
Mizzi O.Carm.

Il-Ħadd, 15 ta’ Lulju
Lejlet il-Festa – Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni
10.00am Quddiesa Solenni f’għeluq il-137 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, tax-xbieha mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu. Ċelebrant – L-Eċċ. Tiegħu Mons. Alessandro D’Errico Nunzju Appostoliku għal Malta.
5.30pm Rużarju u Kurunella
6.00pm Quddiesa mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Paul Cremona OP Arċisqof Emeritu ta’ Malta.
7.00pm Tranżlazzjoni Solenni, Għasar Solenni u Barka Sagramentali. Ċelebrant – ir-Rev.mu Patri Fernando Millán Romeral Pirjol Ġenerali tal-Karmelitani.

It-Tnejn, 16 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja talKarmelu
Il-Quddies filgħodu jkun fil-5.30, 6.00, 6.30, 7.00, 9.00,
11.30 (fl-oratorju) u f’nofsinhar
7.30am Ċelebrazzjoni Solenni ta’ Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mill-Wisq Rev. Patri Alexander Vella O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani.
8.00am Quddiesa mill-Eċċ. Tiegħu Mons Mario Grech Isqof ta’ Għawdex flimkien mar-Retturi u Kappillani tal-Knejjes tal-Belt.
10.00am Quddiesa Solenni ta’ Radd il-Ħajr f’għeluq is-600 Sena ta’ preżenza Karmelitana f’Malta, immexxija mir-Rev.mu Patri Fernando Millán Romeral Pirjol Ġenerali tal-Karmelitani, bis-sehem tar-Reliġjużi Karmelitani, Karmelitani Tereżjani, Sorijiet Karmelitani Missjunarji ta’ Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, Terzjarji, Fratellanzi u membri oħra tal-Familja Karmelitana.
5.15pm Għasar Solenni mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju
6.00pm Quddiesa kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta.
7.00pm Purċissjoni Solenni bl-Istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mir-Rev.mu Patri Fernando Millán Romeral Pirjol Ġenerali tal-Karmelitani. Waqt il-pellegrinaġġ tingħad it-talba tar-Rużarju u jsir kant mill-Kor Clare College, Cambridge l-Ingilterra.
8.00pm Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir il-konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu.
10.15pm Dħul tal-Purċissjoni fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

L-Erbgħa 25 ta’ Lulju
Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr
6.00pm Rużarju.
6.30pm Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla tal-Festi li għaddew u wara jsir id-dħul tal-Vara tal-Madonna tal-Karmnu fin-niċċa.

Korijiet li se jieħdu sehem matul dawn il-jiem:
• Il-kant matul in-novena jkun immexxi minn Mro Sebastian Camilleri minbarra fid-9 ta’ Lulju minn Clare College, Cambridge l-Ingilterra • Fil-ħruġ tal-istatwa u fil-quddiesa tal-Inkurunazzjoni mill-orkestra u l-Kor Tota Pulchra ta’ Bormla mis-Sur Walter Tonna u Mro. Michael Camilleri • Fil-quddiesa tal-Morda mill-Kor Parrokkjali tal-Balluta mis-Sinjura Marie Therese Vassallo • Filwaqt li Lejliet u Nhar il-Festa mill-Kor Collegium Musicum taħt id-direzzjoni tal-Mro. Profs Dion Buhagiar Maestro di Cappella tal-Bażilka li fiha tindaqq il-mużika tal-Familja Nani.

Rappreżentati tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp fil-Festa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi

Ilbieraħ, rappreżentanza mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp ħadet sehem fil-purċissjoni solenni bl-istatwa ta’ San Ġorġ Martri f’Ħal Qormi. Nirringraz

zjaw lill-fratellanza ta’ San Ġużepp imwaqqfa fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħal Qormi tal-istedina tagħhom. J’alla r-rabta speċjali li nibtet bejn dawn iż-żewġ fratellanzi tinżamm ħajja biex flimkien inkomplu nkabbru d-devozzjoni lejn San Ġużepp.

Promo Uffiċjali tal-Festa 2018

Il-promo uffiċjali tal-festi speċjali li se niċċelebraw f’inqas minn xahar. Nifirħu flimkien fis-sena tal-Konsagrazzjoni tas-Santwarju Bażilika tagħna u nifirħu mal-Ordni Karmelitan f’Malta, f’għeluq is-600 sena mill-miġja tal-ewwel Karmelitani

Konsagrazzjoni tas-Santwarju

Transulazzjoni bir-Relikwiji tal-Martri Spanjoli.

Inawgurazzjoni tal-Pavimentar

Meta se ssir il-Konsagrazzjoni tas-Santwarju? Xi jfissru l-logo u l-motto?

Il-Konsagrazzjoni tas-Santwarju – Jitkellem il-Pirjol

Meta se ssir il-Konsagrazzjoni tas-Santwarju? Xi jfissru l-logo u l-motto?

Posted by Carmelite Priory Valletta on It-Tlieta, Frar 20, 2018

Imniedi l-logo u l-motto uffiċjali tal-Konsagrazzjoni

“Ma Marija ninbnew f’tempju ħaj fejn jgħammar Alla”

Illum qed inniedu l-logo u l-motto uffiċjali li se jkunu qed jakkumpanjawna matul ix-xhur li ġejjin hekk kif se niċċelebraw il-konsagrazzjoni (dedikazzjoni) tas-Santwarju Bażilika tagħna, nhar l-4 ta’ April, l-Ewwel Erbgħa tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu.

Issa, li l-proġett tal-pavimentar tal-irħam wasal fi tmiemu, se jkun ġie fi tmiemu wkoll proġett akbar li bdew missirijietna meta ddeċidew li jibnu Santwarju ġdid iddedikat lill-Madonna tal-Karmnu Patruna tagħna. Għalhekk, issa wasal iż-żmien, li dan is-Santwarju Bażilika jkun ikkonsagrat kollu kemm hu lil Alla u għall-qima tal-Verġni Marija.

Dan se jsir ukoll fis-sena li fiha l-Provinċja Karmelitana Maltija qed tiċċelebra s-sitt ċentinarju minn meta l-ewwel Patrijiet Karmelitani waslu Malta.

Fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed ninfurmawkom biċ-ċelebrazzjonijiet li se jkunu qed isiru u li se jwassluna għal dan il-jum sabiħ u storiku. Dan apparti filmati b’tagħrif dwar ir-Rit tal-Konsagrazzjoni u s-sinifikat tiegħu.

Inħeġġukom biex iżommu l-4 ta’ April vojta, biex tingħaqdu magħna għal din iċ-ċelebrazzjoni u anke xxerdu dan il-logo u l-motto.

Dokumentarju dwar ix-xogħol ta’ pavimentar li qed isir bħalissa fis-Santwarju

Pavimentar tal-Irħam fis-Santwarju Bażilika Madonna tal-Karmnu

Dokumentarju dwar ix-xogħol ta’ pavimentar li qed isir bħalissa fis-Santwarju

Posted by Carmelite Priory Valletta on Il-Ħadd, Diċembru 24, 2017

Grazzi lil kulmin għen fil-Festa

F’isem il-Pirjol u l-Komunita Karmelitana ta’ dan is-Santwarju, nixtiequ nirrringrazzjaw lil dawk kollha li permezz tagħhom kellna u għamilna festa kbira u sabiħa lill-Madonna tal-Karmnu, fil-weekend li għadda. Lill-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu li b’tant sagrifiċċju ħadu ħsieb l-armar ta’ barra fit-toroq, lill-helpers u lil dawk kollha li ħadmu biex tkun nadifa u armata l-Bażilika minn ġewwa, lill-korijiet, letturi, abbatini, reffiegħa tal vara, kif ukoll lil dawk kollha li bid-donazzjonijiet tagħhom inġabru l-flus li marru kollha b’risq il-festa, u lil dawk kollha li b xi mod jew ieħor taw is-sehem tagħhom biex seta jkollna festa xierqa u devota f’ ġieħ il-Madonna tal-Karmnu.

Prosit u Grazzi kbira lil kulħadd!

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.