我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Articles posted by carlfarrugia (Page 3)

Author Archives: carlfarrugia

Arkivji

Żvelat id-disinn tal-pavimentar tal-irħam għas-Santwarju

Kif tafu, matul dan tmiem il-ġimgħa ġie żvelat id-disinn tal-paviment tal-irħam għas-Santwarju tagħna. Proġett li se jsir realtà fix-xhur li ġejjin. Id-disinn se jkun espost matul il-ġranet tal-festa fin-niċċa tal-Madonna. Għandna wkoll fuljetti bid-dettalji tal-proġett, id-disinn u possibilità biex wieħed jagħti d-donazzjoni tiegħu.

Programm tal-Festa 2017

Dejjem Inkurunata f’Qalbna

Żjara tal-Kolonna tal-Martirju ta’ San Pawl fis-Santwarju

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-1950 sena mill-Martirju ta’ San Pawl, il-Kolonna tal-Martirju ta’ San Pawl li tinsab fil-Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu se tkun qed iddur il-knejjes tal-Belt Valletta.

Nhar l-Erbgħa 14 ta’ Ġunju din il-Kolonna se tinġieb fis-Santwarju tagħna b’pellegrinaġġ mill-Kon-Katidral ta’ San Ġwann li se jitlaq fis-5.45p.m.

Nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Ġunju l-Kolonna se titlaq mis-Santwarju għal ħabta tas-6.15p.m. lejn il-Parroċċa ta’ Santu Wistin.

Nistiednu l-kulħadd biex jattendi.

Programm tal-Festa ta’ San Ġużepp

L-Erbgħat tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu

Minn GĦADA jibdew L-ERBGĦAT TAL-UDJENZA TAL-MADONNA TAL-KARMNU.

Fl-10:00am: Quddiesa li tintemm bis-supplika quddiem is-Santwarju għażiż tal-Madonna tal-Karmnu.

Fis-6:00pm: Rużarju medidat

Fis-6:30pm: Quddiesa konventwali bil-ħsieb fuq is-seba’ ferħat tal-Madonna minn Dun Dillon Bugeja. Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella u ssir ċelebrazzjoni Marjana bil-kant tar-Regina Ceoli u l-Flos Carmeli. Wara tingħata l-barka sagramentali.

Is-Santwarju Bażilika jibqa’ miftuħ il-ġurnata kollha.

Il-Festa ta’ San Ġużepp se ssir fl-1 ta’ Mejju

Minħabba l-attivitajiet marbuta mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, għadna kemm ġejna infurmati li l-Pulizija ma tistax toħroġ il-permessi għall-purċissjoni bl-istatwa ta’ San Ġużepp nhar id-19 ta’ Marzu.
Għalhekk it-tmexxija tal-fratellanza, flimkien mal-Pirjol, iddeċidiet li l-festa SE SSIR NHAR IT-TNEJN L-1 TA’ MEJJU, FESTA TA’ SAN ĠUŻEPP ĦADDIEM.
Nitolbu lill-fratelli u lil dawk kollha devoti ta’ San Ġużepp biex ixandru dan il-post u jinfurmaw lil ħaddieħor li l-festa se ssir nhar l-1 ta’ Mejju.

Se jinfetaħ il-proċess għall-kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanoniżżazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech

L-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna ħabbar li fit-2 ta’ Frar 2017, Jum il-Ħajja Konsagrata u l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju fid-Djoċesi ta’ Malta se jinfetaħ il-proċess għall-kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanoniżżazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech, reliġjuż Karmelitan li f’ħajtu u wara mewtu sal-lum gawda u għadu jgawdi fama ta’ qdusija fost il-Poplu ta’ Alla.

 

L-aħħar tislima xierqa lir-Rettur tal-Arċikonfraterità ta’ San Ġużepp

L-aħħar tislima xierqa lill-maħbub Rettur tal-Arċikonfraterità ta’ San Ġużepp, Johann Josef Tisch. Grazzi lil fratelli kollha li ħafu sehem, lill-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu u lill-fratellanzi l-oħra ta’ San Ġużepp li ngħaqdu magħna. Nibqgħu nżommu lill-għażiż Johann fit-talb tagħna. Agħtih Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem.

Titħabbar il-mewt tar-Rettur tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp

Tħabbret il-mewt tar-Rettur tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp Johann Tisch li seħħet matul il-lejl. Il-funeral tar-Rettur tal-Arcikonfraternità se jsir nhar is-Sibt 7 ta’ Jannar fit-8:00am. Dan se jibda b’korteo minn Pjazza Indipendenza fit-7:45am sas-Santwarju Bażilika bis-sehem tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp. Wara tibda l-quddiesa mmexxija mill-Pirjol u Direttur Spiritwali bis-sehem ta’ rappreżentanti mill-fratellanzi ta’ San Ġużepp imxerrda madwar Malta.

Agħtih mulej il-mistrieħ ta’ dejjem!

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.