我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Aħbarijiet (Page 3)

Category Archives: Aħbarijiet

Arkivji

Konsagrazzjoni tas-Santwarju

Transulazzjoni bir-Relikwiji tal-Martri Spanjoli.

Inawgurazzjoni tal-Pavimentar

Meta se ssir il-Konsagrazzjoni tas-Santwarju? Xi jfissru l-logo u l-motto?

Il-Konsagrazzjoni tas-Santwarju – Jitkellem il-Pirjol

Meta se ssir il-Konsagrazzjoni tas-Santwarju? Xi jfissru l-logo u l-motto?

Posted by Carmelite Priory Valletta on It-Tlieta, Frar 20, 2018

Imniedi l-logo u l-motto uffiċjali tal-Konsagrazzjoni

“Ma Marija ninbnew f’tempju ħaj fejn jgħammar Alla”

Illum qed inniedu l-logo u l-motto uffiċjali li se jkunu qed jakkumpanjawna matul ix-xhur li ġejjin hekk kif se niċċelebraw il-konsagrazzjoni (dedikazzjoni) tas-Santwarju Bażilika tagħna, nhar l-4 ta’ April, l-Ewwel Erbgħa tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu.

Issa, li l-proġett tal-pavimentar tal-irħam wasal fi tmiemu, se jkun ġie fi tmiemu wkoll proġett akbar li bdew missirijietna meta ddeċidew li jibnu Santwarju ġdid iddedikat lill-Madonna tal-Karmnu Patruna tagħna. Għalhekk, issa wasal iż-żmien, li dan is-Santwarju Bażilika jkun ikkonsagrat kollu kemm hu lil Alla u għall-qima tal-Verġni Marija.

Dan se jsir ukoll fis-sena li fiha l-Provinċja Karmelitana Maltija qed tiċċelebra s-sitt ċentinarju minn meta l-ewwel Patrijiet Karmelitani waslu Malta.

Fil-jiem u l-ġimgħat li ġejjin se nkunu qed ninfurmawkom biċ-ċelebrazzjonijiet li se jkunu qed isiru u li se jwassluna għal dan il-jum sabiħ u storiku. Dan apparti filmati b’tagħrif dwar ir-Rit tal-Konsagrazzjoni u s-sinifikat tiegħu.

Inħeġġukom biex iżommu l-4 ta’ April vojta, biex tingħaqdu magħna għal din iċ-ċelebrazzjoni u anke xxerdu dan il-logo u l-motto.

Dokumentarju dwar ix-xogħol ta’ pavimentar li qed isir bħalissa fis-Santwarju

Pavimentar tal-Irħam fis-Santwarju Bażilika Madonna tal-Karmnu

Dokumentarju dwar ix-xogħol ta’ pavimentar li qed isir bħalissa fis-Santwarju

Posted by Carmelite Priory Valletta on Il-Ħadd, Diċembru 24, 2017

Grazzi lil kulmin għen fil-Festa

F’isem il-Pirjol u l-Komunita Karmelitana ta’ dan is-Santwarju, nixtiequ nirrringrazzjaw lil dawk kollha li permezz tagħhom kellna u għamilna festa kbira u sabiħa lill-Madonna tal-Karmnu, fil-weekend li għadda. Lill-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu li b’tant sagrifiċċju ħadu ħsieb l-armar ta’ barra fit-toroq, lill-helpers u lil dawk kollha li ħadmu biex tkun nadifa u armata l-Bażilika minn ġewwa, lill-korijiet, letturi, abbatini, reffiegħa tal vara, kif ukoll lil dawk kollha li bid-donazzjonijiet tagħhom inġabru l-flus li marru kollha b’risq il-festa, u lil dawk kollha li b xi mod jew ieħor taw is-sehem tagħhom biex seta jkollna festa xierqa u devota f’ ġieħ il-Madonna tal-Karmnu.

Prosit u Grazzi kbira lil kulħadd!

Żvelat id-disinn tal-pavimentar tal-irħam għas-Santwarju

Kif tafu, matul dan tmiem il-ġimgħa ġie żvelat id-disinn tal-paviment tal-irħam għas-Santwarju tagħna. Proġett li se jsir realtà fix-xhur li ġejjin. Id-disinn se jkun espost matul il-ġranet tal-festa fin-niċċa tal-Madonna. Għandna wkoll fuljetti bid-dettalji tal-proġett, id-disinn u possibilità biex wieħed jagħti d-donazzjoni tiegħu.

Programm tal-Festa 2017

Dejjem Inkurunata f’Qalbna

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.