Home » Avviżi
Category Archives: Avviżi
PROGRAMM (Ristrett) tal-Festi Solenni li l-Provinċja Karmelitana Maltija se tiċċelebra f’ġieħ Il-Madonna Tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilika Tagħha fil-Belt Valletta
L-Erbgħa, 15 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni
10.00am Quddiesa Konventwali f’għeluq il-139 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, tax-Xbieha Mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu, immexxija mill-Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju u l-komunità Karmelitana. Jipprietka Patri Victor Paul Farrugia O. Carm.
6.00pm Rużarju u Kurunella.
6.30pm Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu. Ċelebrant il-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm, Provincjal tal-Karmelitani.
Il-Ħamis, 16 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
8.00am Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum, immexxija mir-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju.
10.00am Quddiesa Solenni Prelatizja mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani. Jinseġ il-paniġierku l-Kanonku Dun Joe Zammit.
6.00pm It-Tieni Għasar tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni r-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju
6.30pm Quddiesa Kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta
7:30pm Pellegrinaġġ ta’ talb u ringrazzjament bil-vara devota tal-Madonna tal-Karmnu bis-sehem tas-Soċ. Fil. Naz. La Valette u l-Kor Notre Dame. Din is-sena t-talb jibqa’ għaddej sad-dħul lura fis-Santwarju. Il-pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-toroq: Teatru, Punent, Arċisqof, Merkanti, Pjazza San Ġwann, Repubblika, Teatru sas-Santwarju. Quddiem il-Kon Katidral ta’ San Ġwann issir ċelebrazzjoni Marjana bis-sehem tal-Parroċċi Beltin. Kulħadd huwa mħeġġeġ iġib miegħu xemgħa li se titbierek u tittieħed lura fi djarna. Mad-dħul tal-pellegrinaġġ titkanta l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali
NIMXU WARAJK KULL FEJN TEĦODNA VERĠNI MARIJA
Avvizi 11.12.2016
IIlum huwa it-Tieni Ħadd tax-xahar għalhekk il-ġabra li ser issir illum ser tkun b’risq dan is-Santwarju, għalhekk nitolbukom biex bħal dejjem tkunu ġenerużi. Nirringrazjawkom!
Nhar tibda n-Novena ta’ Ġesù Bambin, kuljum fis-6.00pm jkun hawn ir-Rużarju, u fis-6.30pm quddiesa bi ħsieb u wara Talb tan-novena tal-Milied u Barka Sagramentali. Inħeġġu ħafna lil kulħadd biex niġu għan-Novena ta’ Ġesù Bambin u nħejju ruħna sew għall-Festa tal-Milied. Matul dan iż-żmien tal-Avvent bi preparazjoni ukoll għal festa tat-Twelid ta’ Ġesù Bambin, u biex nkunu ta’ għajnuna qed niġbru affarijiet tal-ikel li jmorru għal dawk fil-bzonn u r-refuġjati li l-Provinċja Karmelitana Maltija qed tospita f’wieħed mill-kunventi tagħna. Għalhekk fuq l-artal poġġejna din il-qoffa biex min jrid jġib xi affarijiet tal-ikel u preserves.
Nhar it-Tnejn 19 ta’ Diċembru ser jiġi organizzat nofstanhar rtir tal-Avvent fid-Dar ta’ Talb, il-Lunzjata, ir-Rabat. Dawk li huma interessati li jiġu jagħtu isimhom lill-helpers minħabba trasport.
L-Għaqda Festa Esterna qed torganizza ikla tal-Milied nhar is-Sibt 17 ta’ Diċembru, biljetti jinkisbu mingħand il-helpers.
Avviżi 13.11.2016
Illum huwa t-Tieni Ħadd tax-xahar, għalhekk il-ġabra li ser nagħmlu ser tmur b’risq dan is-Santwarju. Bħal dejjem nitolbukom tkunu ġenerużi. Nirringrazzjawkom!
Għada it-Tnejn 14 ta Novembru hija l-Festa tal-Qaddisin Kollha Karmelitani, għaldaqstant għada filgħodu, ser norganizzaw bħala komunita tas-Santwarju Pellegrinaġġ fis-Sena tal-Ħniena għall-Bieb tal-Ħniena li hemm fil-Bażilka tal-Isla. Ikollna l-quddiesa fuq l-artal tar-Redentur tat-Isla. Għad fadal xi postijiet għal dawk li jixtiequ jiġu. Infakkru lit-Terzjarji biex jġibu magħhom il-Labtu l-Kbir. Tluq bil-private fit-8.30am minn fuq is-Sur ta’ M’Xett.
Nhar it-Tlieta mbagħad il-15 ta’ Novembru nagħmlu t-Tifkira ta’ ħutna kollha mejtin Karmelitani. Fis-6.00pm jkollna l-Għasar kantat u fis-6.30 konċelebrazzjoni. Inħeġġu lit-Terzjarji biex jattandu.
Nhar l-Erbgħa wara l-quddiesa u l-funzjoni, ser issir taħdita fil-knisja stess minn Patri Raymond Gatt OP fuq il-Ħniena ta’ Alla. Inħeġġu lil kull min jista’ biex jattendi.
Avviżi 06.11.2016
Matul din il-ġimgħa qed ikompli jsir il-booking għall-quddies tas-sena liġejja. Dawk li jixtiequ jibbukkjaw il-quddies għal-għeżież metjin tagġhom huma mitluba li jagħmlu dan mal-Parijol matul din il-ġimgħa waqt il-ħinijiet tal-quddies. Nitolbukom tikkoperaw magħna ħalli nkunu nistgħu naqdu lil kulħadd.
Matul ix-xahar ta’ Novembru kuljum f’dan is-Santwarju jsir talb u l-quddiesa ta’ filgħaxija għall-erwieħ li intom tixtiequ li aħna nitlo0bu għalhom. Għalhekk fuq l-artal għamilna enevlops biex wieħed jista’ jikteb l-ismijiet tal-mejtin tiegħu u jitfagħħhom fil-kaxxa li hemm apposta flimkien mal-offerta b’suffraġju għal ruħhom.
Nhar it-Tnejn 7 ta’ Novembru ser issir l-Uffiċjatura tal-Mejtin tal-Fratellanza ta’ San Ġużepp u nhar it-Tlieta tal-Fratellanza tal-Karmnu u tal-Anġlu Kustodju. Fis-6.00 pm jkun hawn l-Għasar kantant u wara fis-6.30 pm quddiesa għall-erwieħ tal-imsieħba mejtin tal-Fratellanza. Inħeġġu lill-fratelli biex jattendu.
Se norganizzaw bħala komunità tas-Santwarju Pellegrinaġġ fis-Sena tal-Ħniena għall-bieb tal-ħniena li hemm fil-Bażilika tal-Isla nhar it-Tnejn 14 ta’ Novembru filgħodu. Ikollna quddiesa fuq l-artal tar-Rendentur tal-Isla. Dawk li jixtiequ jiġu jagħtu isiminhom lill-helpers minħabba t-trasport.
Avviżi 30.10.2016
Minn din il-ġimgħa ser jibda jsir il-booking għall-quddies tas-sena li gejja. Dawk li jixtiequ Ii jibbukjaw il-quddies għal għeżież mejtin tagħhom huma mitluba li jagħmlu dan mal-Pirjol matul din il-ġimgħa waqt il-ħinijiet tal-quddies. Nitolbukom tikkoperaw magħna ħalli nkunu nistgħu naqdu lill-kullħadd.
Matul ix-xahar ta’ Novembru kuljum f’dan is-Santwarju issir talb u l-quddiesa ta’ filgħaxija għall-erwieħ li intom tixtiequ li aħna nitolbu għalihom. Għalhekk fuq l-artal għamlina envelops biex wieħed jista’ jikteb l-ismijiet tal-mejtin tiegħu u jitfagħhom fil-kaxxa li hemm apposta flimkien mal-offerta b’suffraġġju għal ruħhom.
Nhar it-Tlieta, 1 ta Novembru hija l-Festa tal-Qaddisin kollha u huwa ukoll l-ewwel Tlieta ta’ xahar għalhekk it-Terzjarji Karmelitani rġiel u nisa jkollhom il-Laqgħa tagħhom fil-5.15pm. Navżawkom illi fuq xewqa ta’ Mons Arċisqof nhar it-Tlieta il-quddiesa ta’ figħaxija trid tiġi ċċelebrata flimkien miegħu fil-Kon-Katridral ta’ San Ġwann, għaldaqstant mhux ser jkun hawn quddiesa ta’ filghaxija fis-Santwarju imma mistednin flimkien mal-Arċisqof fis-6.30pm għall-quddiesa li ser jmexxi hu f’San Ġwann.
Nhar l-Erbgħa, it-2 ta Novembru niċċelebraw l-Għid tal-Imwiet, ġurnata li fiha niftakru fl-għeżież kollha tagħna mejtin. Il-Quddies filgħodu jkun kull nofsiegħa jiġifieri: fis-7.00 fis-7.30, fit-8.00 u fit-8.30, fid-9.00 u fid-9.30, fl-10.00 u fl-10.30am, imbagħad fis-6.00pm jkollna l-Għasar kantat u fis-6.30pm quddiesa konċelebrata.
Ser norganizzaw bħala komunità tas-Santwarju Pellegrinaġġ fis-Sena tal-Ħniena għall-Bieb tal-ħniena Ii hemm fil-Bażilka tal-Isla nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Novembru filgħodu. Ikollna quddiesa fuq l-artal tar-Redentur tal-Isla. Dawk Ii jixtiequ jiġu jagħtu isimhom lill-helpers minħhabba t-trasport.