Home » Għaqda Madonna tal-Karmnu Valletta

Category Archives: Għaqda Madonna tal-Karmnu Valletta

Arkivji

Jitħabbru l-irwoli tal-membri tal-Kumitat tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu

Ilbieraħ, it-Tnejn 28 ta’ Settembru saret l-ewwel laqgħa tal-Kumitat il-ġdid tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu għas-sentejn li ġejjin fejn ġew assenjati l-irwoli tal-membri.

L-irwoli għas-sentejn li ġejjin se jkunu dawn:

  • President – Patri Alex Scerri O.Carm
  • Chairperson – Julian Vassallo
  • Assistent Chairperson – Chris Saffrett
  • Segretarju – John Farrugia
  • Assistent Segretarju u PRO – Yendrick Cioffi
  • Teżorier – Ronnie Catania
  • Assistent Teżorier – Carmel Pace
  • Direttur Imħażen – Darren Micallef
  • Membru – Omar Coleiro
  • Membru – Noel Muscat

L-irwoli l-ġodda ġew approvati mill-Pirjol u r-Rettur tas-Santwarju.

Immedjatament wara l-Kumitat beda bil-ħidma tiegħu fejn fil-ġimgħat li ġejjin se jkun qed jiltaqa’ mas-Sezzjonijiet il-ġodda fi ħdan l-Għaqda: Is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin, is-Sezzjoni Baned u s-Sezzjoni Fundraising.

L-għan huwa li sal-bidu ta’ Ottubru x-xogħol kollu jkun ikkoordinat biex tkompli l-ħidma b’risq il-festa tal-Madonna tal-Karmnu.

Qed jiġu wkoll diskussi inċentivi għal dawk kollha li huma membri tal-Għaqda. Fil-ġimgħat li ġejjin, l-Għaqda se tkun qed tinforma b’dan kollu lil kull membru.

L-ewwel laqgħa tal-Kumitat il-ġdid. Ritratt: Tneder Mifsud
Ritratt tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat il-ġdid. Ritratt: Tneder Mifsud

 

Laqgħa Ġenerali tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu 2019

Il-laqgħa Ġenerali tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu 2019.

Matul il-laqgħa ġiet diskussa l-festa li għaddiet u ħarsitna daret mill-ewwel fuq il-festa li jmiss li matula se nkunu qed niċċelebraw żewġ anniversarji kbar, jiġifieri l-125 anniversarju minn meta s-Santwarju tagħna ngħata d-dinjita ta’ Bażilika Minuri u l-450 sena preżenza tal-Karmelitani fil-Belt Valletta.

Grazzi lil dawk li għaddew u proset tas-suġġerimenti tagħkom. Inkomplu naħdmu id f’id b’risq il-festa tant għażiża għalina!

Viva l-Madonna tal-Karmnu

Ikla tal-Milied

poster-ikla-miliedNixtiequ nistiednu lil dawk kollha li jieħdu sehem b’mod attiv fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu għall-Ikla tal-Milied li se ssir fis-17 ta’ Diċembru 2016 fit-8.30 p.m. fis-City Lounge.

Inħeġġu lil dawk il-persuni li kienu attivi fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ, l-Għaqda Familja Karmelitana, l-Għaqda Festi Esterni kif ukoll il-pagaent tal-Ġimgħa l-Kbira.

Għall-booking jew iktar informazzjoni tistgħu tkellmu lil Neil Blundell fuq 79287126, Jennifer Scicluna fuq 77071510 jew Rita Blundell 77514158 jew tkellmuna permezz ta’ messaġġ fil-paġna ta’ Facebook Festa Madonna tal-Karmnu Valletta

Din hija l-ewwel attività minn serje ta’ attivitajiet organizzati mill-Għaqda Madonna tal-Karmnu Valletta.

Menu tal-Kbar
Menu tat-Tfal

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.