我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Programm tal-Festi Solenni tal-Madonna tal-Karmnu 2016

Arkivji

Programm tal-Festi Solenni tal-Madonna tal-Karmnu 2016

Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju
Ħruġ tal-Istatwa min-Niċċa
6.15pm Rużarju Karmelitan
7.00pm Quddiesa mill-W.R.P. Alex Scerri O.Carm., Pirjol u Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju. Jiġi inawgurat u mbierek l-Umbrellun Bażilikali l-ġdid u jingħata l-mandat lir-Reffiegħa u wara ssir l-ħruġ min-Niċċa tal-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu.

Is-Sibt 2 ta’ Lulju
Jum Ewkaristiku
Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra ta’ grazzji fuqna
10.00am Quddiesa u wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar
12.00pm Talba ta’ Nofs il-Jum mill-Komunità tas-Santwarju
4.30pm Espożizzjoni u Adorazzjoni
6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija
6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq l-Verġni Marija fiċ-Ċenaklu

Il-Ħadd 3 ta’ Lulju
Jum tal-Familji Karmelitani
10.00am Quddiesa organizzata mill-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, bis-sehem tal-Familji Karmelitani. Mistiedna dawk l-għarajjes li żżewġu fis-Santwarju fl-aħħar sena u dawk li qed jiċċelebraw xi anniversarju importanti miż-żwieġ tagħhom. Janima l-kant is-Sur Vince Fabri.

It-Tnejn 4 ta’ Lulju
Jum it-Terzjarji Karmelitani
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitan li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji l-ġodda.

Il-Tlieta 5 ta’ Lulju
Jum iż-Żgħażagħ u l-Vokazzjonijiet Karmelitani
Ġurnata ta’ Talb għal aktar Vokazzjonijiet fl-Ordni Karmelitan matul il-ġurnata kollha.
6.00pm Rużarju
6:30pm Quddiesa għaż-żgħażagħ tal-Carmel Youths, animata minnhom stess, li fiha jsir talb għall-Vokazzjonijiet Karmelitani

Mill-Erbgħa 6 ta’ Lulju sal-Ħamis 14 ta’ Lulju
Novena f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu

Kuljum:
6.00pm Rużarju bil-Litanija Karmelitana
6.30pm Quddiesa bl-omelija u wara Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Regina u Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika

Predikaturi tan-Novena u Tema għal kull ġurnata:
L-Erbgħa, 6 ta’ Lulju
Niftakru f’ħutna li ħallewna
Il-Verġni Marija, Bieb tas-Sema
6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W.R.P. Jurgen Cucciardi O. Carm., Pirjol tal-Komunità ta’ Santa Venera l-Qadima, li għaliha huma mistiedna l-familjari tal-għeżież mejtin ħutna li ħallewna matul din
is-sena

Il-Ħamis, 7 ta’ Lulju
Jum il-Fratellanzi
Il-Verġni Marija, Tempju tal-Mulej
6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W.R.P. Maurice Abela O. Carm., Kappillan tal-Parroċċa ta’ Santa Venera, u animata mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu u dik tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp

Il-Ġimgħa, 8 ta’ Lulju
Jum il-Ħajja Konsagrata
Il-Verġni Marija, qaddejja tal-Mulej
6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W. R. Kan. Dun Vinċenz Cachia, Prepostu-Arċipriet tal-Parroċċa Kolleġġjata u Bażilika Sant’Elena, Birkirkara

Is-Sibt, 9 ta’ Lulju
Filgħodu – Jum l-Anzjani, il-Morda u Persuni b’Diżabilità
10.00am Quddiesa bit-tema Il-Verġni Marija, Saħħa tal-Morda, bis-sehem tal-anzjani u l-morda minn diversi Djar u Residenzi, li fiha jiġi amministrat is-Sagrament tad-Dilka tal-Morda. Ċelebrant il-W.R.P. Michael Camilleri O.P., Kappillan tal-Parroċċa ta’ San Duminku, fil-Belt Valletta

Filgħaxija – Jum l-Għaqda Festi Esterni
6.30pm Quddiesa tan-novena bit-tema Il-Verġni Mbierka Marija, il-mara
6.00pm Rużarju kantat
6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W.R. Dun Andrew Schembri, Saċerdot Novell, bis-sehem tal-Għaqda Festi Esterni tal-Madonna tal-Karmnu Valletta, wara fil-portiku jitbierek xi armar li se jiżżanżan fil-festa ta’ din is-sena mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu, Il-Belt Valletta
8.00pm Kunċert imtella’ mill-Valletta Ensemble u l-Kor Vocem organizzat mill-Fratellanza tal-Madonna tal-Karmnu, Il-Belt Valletta

Il-Ħadd, 10 ta’ Lulju
Jum it-Tfal
Il-Verġni Marija, Sultana tal-Familja
10.00am Quddiesa bis-sehem tat-Tfal u t-Trabi li jiġu ppreżentati lill-Madonna tal-Karmnu u miktuba fil-Labtu tagħha; wara ssir manifestazzjoni ferriħija madwar it-toroq tas-Santwarju
6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W.R.P. Colin Sammut O.F.M.Conv., Gwardjan tal-Komunità Franġiskana Konventwali tal-Belt Valletta

It-Tnejn, 11 ta’ Lulju
Jum il-Helpers tas-Santwarju
Il-Verġni Marija, mara li ġġib l-għaqda
6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W.R. Dun Karm Mercieca, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ Santa Katarina taż-Żurrieq

It-Tlieta, 12 ta’ Lulju
Nitolbu għal dawk li għaddejjin minn xi problema
Il-Verġni Marija, Omm u Għalliema Spiritwali
6.30pm Quddiesa tan-novena mmexxija mill-W.R.P. Victor Paul Farrugia O. Carm., Pirjol tal-Komunità Karmelitana tal-Parroċċa ta’ Santa Venera

L-Erbgħa, 13 ta’ Lulju
Jum l-Għaqda Armar tas-Santwarju
Il-Vergni Marija, Sultana tal-Appostli
6.30pm Quddiesa tan-Novena mmexxija mill-W.R. Kan. Dun Vincent Borg, Arċipriet tal-Parroċċa Kolleġġjata ta’ San Pawl Nawfragu, Il-Belt Valletta, u animata mill-grupp li jżejnu s-Santwarju għall-festi.

Il-Ħamis, 14 ta’ Lulju
L-Aħħar Jum tan-Novena: Jum l-Għaqdiet Soċjali, Ċivili u Kulturali tal-Belt Valletta
Il-Verġni Marija, Omm u Ġmiel tal-Karmelu
6.30pm Quddiesa mmexxija mill-W.R. Kan. Dun Mark André Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Ir-Raħal Ġdid, li għaliha huma mistiedna l-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta u l-għaqdiet soċjali kollha tal-Belt

Il-Ġimgħa, 15 ta’ Lulju
Lejlet il-Festa – Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni
8.00am Quddiesa u wara tibda katina ta’ Rużarju quddiem ix-Xbieha
10.00am Quddiesa Solenni f’għeluq il-135 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, dik tax-xbieha mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu meqjuma fis-Santwarju. Ċelebrant: l-E.T. Mons. Arċisqof Emeritu Pawl Cremona O.P. Wara l-Evanġelju jinseġ kuruna ta’ tifħir lill-Verġni Marija Inkurunata l-W.R. Mons. Paul Carmel Vella
5.30pm Rużarju u Kurunella
6.00pm Quddiesa mill-W.R.P. Alex Cauchi O.S.A., Pirjol tal-Komunità Agostinjana fil-Belt Valletta
7.00pm Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwa, Għasar Solenni u Barka
Sagramentali. Ċelebrant: il-W.R.P. Alexander Vella O.Carm., Provinċjal tal-Karmelitani

Is-Sibt, 16 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Il-Quddies filgħodu jkun fil-5.30, 6.00, 6.30, 7.00, 8.30, 11.30 (fl-oratorju) u f’nofsinhar
7.30am Konċelebrazzjoni mill-Provinċjali, Kappillani u Retturi tal-Knejjes tal-Belt. Ċelebrant: l-E.T. Mons. Emmanuel Barbara O.F.M. Cap., Isqof ta’ Malindi, Il-Kenja
9.30am Il-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra Quddiesa Solenni Prelatizja f’Jum il-Festa Patronali tal-Ordni mmexxija mill-W.R.P. Alexander Vella O.Carm., Provinċjal tal-Karmelitani. Jinseġ il-paniġierku l-W.R.P. Renald Lofreda O. Carm., Pirjol u Kappillan tal-Parroċċa tal-Madonna tal-Karmnu, Il-Fgura.
5.15pm Għasar Solenni mill-W.R.P. Alex Scerri O. Carm., Pirjol u Rettur tas-
Santwarju.
6.00pm Quddiesa Kantata mill-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta
7.00pm Purċissjoni Solenni bl-Istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna tal-
Karmnu mmexxija mill-W.R.P. Alexander Vella O.Carm., Provinċjal tal-Karmelitani. Waqt il-pellegrinaġġ tingħad it-talba tar-Rużarju
8.00pm Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann,
fejn issir il-konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu
10.15pm Dħul tal-Purċissjoni fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika

L-Erbgħa, 20 ta’ Lulju
Solennità ta’ Sant’Elija, Profeta u Missier Tagħna, u Ċelebrazzjoni ta’ Radd il-Ħajr
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr lil Alla tal-festi li għaddew u wara jsir id-dħul tal-Vara tal-Madonna tal-Karmnu fin-niċċa
Korijiet li ser jieħdu sehem matul dawn il-jiem:
Matul in-novena jkanta l-Kor tas-Santwarju mmexxi minn Mro. Seb. Camilleri
Fil-ħruġ tal-istatwa u fil-Quddiesa tal-Inkurunazzjoni l-Kor Tota Pulchra tal-Parroċċa Kolleġġjata ta’ Marija Immakulata ta’ Bormla, akkumpanjat mill-orkestra u mmexxi mis-Sur Walter Tonna.
Fil-Quddiesa tal-Morda jkanta l-Kor Parrokkjali tal-Balluta mmexxi mis-Sinjura Marie Therese Vassallo.
Lejlet u nhar il-Festa jkanta l-Kor Collegium Musicum, akkumpanjat mill-orkestra taħt id-direzzjoni tal-Mro. Prof. Dion Buhagiar, Maestro di Cappella tas-Santwarju Bażilika; tindaqq il-mużika ta’ Mro. Paolo Nani u Mro. Michael Camilleri

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.