Programm tal-Festi ta’ Barra 2016

Il-Ħadd 10 ta’ Lulju
10.00am Quddiesa bis-sehem ta’ tfal u wara tingħata bidu għall-manifestazzjoni ta’ tfal bl-istatwa żgħira tal-Madonna talKarmnu. Jakkumpanjaw din il-Manifestazzjoni t-‘Tikka Banda’.

L-Erbgħa 13 ta’ Lulju
8.00pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba fejn jintemm fil-11.00 p.m quddiem is-Santwarju. Fuq inizjattiva taż-Żgħażagħ Karmelitani Beltin fil-11.00 p.m. jibda programm qasir fuq il-Palk fi Triq Zekka mill-Big Friends Guggen Musik Malta (AD 2008). Dan jintemm f’atmosfera ferriħija fil-11.30 pm.

Il-Ħamis 14 ta’ Lulju
8.30pm Marċ mill-Banda Marija Reġina tal-Marsa. Meta l-marċ jasal ħdejn is-Santwarju l-istess Banda tilqa’ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu. Il-marċ jispiċċa fil-11.30 p.m bit-tlugħ tal-Madonna fuq pedestall artistiku fi Pjazza Indipendenza. Wara nassistu għal spettaklu kbir tal-karti sinkronizzati malmużika f’din l-istess Pjazza.

Il-Ġimgħa 15 ta’ Lulju
Lejlet il-Festa filgħodu
10.30am L-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Balluta tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu u jintemm fis-2.00 p.m fost il-briju tal-partitarji quddiem is-Santwarju.

Lejlet il-Festa filgħaxija
8.00pm Marċ mill-Banda Dekana u Ċittadina L’ Isle Adam tar-Rabat tal-Imdina. Meta l-Marċ jasal ħdejn is-Santwarju nassistu għal feature mtellgħa mill-Għaqda Festi Esterni bit-tema ‘135 Sena Inkurunata fi Qlubna’. Wara l-Marċ, fil-10.45 pm ikun hemm il-logħob tan-nar l-art fi Triq Marsamxett (quddiem il-Pilar).

Is-Sibt 16 ta’ Lulju
5.30pm Marċ mill-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq li jsellem lill-Madonna bl-Innu Fior del Carmel ta’ Cardenio Botti, fil-ħruġ tal-Purċissjoni.
6.30pm Marċ mis-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette. Dan il-marċ
jagħlaq b’tislima lill-Madonna bl-Innu Fior del Carmel ta’ Cardenio Botti fi Triq l-Ifran (ħdejn l-Iskola ta’ St Albert)
7.00pm Tibda ħierġa l-purċissjoni Solenni mis-Santwarju. Hekk kif toħroġ l-istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu, il-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq sellmilha bl-innu Fior del Carmel ta’ Mro. Cardenio Botti.
7.15pm Marċ mil-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura.
Meta l-Purċissjoni tasal quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann din l-Banda takkumpanja l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu b’innijiet Marjani fil-purċissjoni fi Triq ir-Repubblika, Triq it-Teatru l-Antik sa ħdejn is-Santwarju. Kif l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tasal fi Pjazza San Ġorġ jkun hemm spettaklu ta’ logħob tan-nar tal-ajru.
10.15pm Dħul Solenni tal-istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna talKarmnu
fis-Santwarju Bażilika tagħha bil-Kant tal-Ave Maria u l-antifona Flos Carmeli ta’ Mro. Paolo Nani.