Għada, it-Tnejn ser nkomplu sensiela ta’ Laqgħat bħala kors ta’ spiritwalita marbuta mas-Sena tal-Ġublew tal-Ħniena u mal-anniversarju tal-135 sena mil-Inkurunazzjoni tax-Xbieha tal-Madonna tal-Karmnu. Il-Laqgħa ta’ għada ser tkun ‘X’hinu s-sinifikat tas-Santwarju’ u tibda eżatt kif tispiċċa l-quddiesa ta’ filgħaxija. Inħeġġu lil-Għaqdiet kollha ta’ madwar is-Santwarju biex jattendu.
Nhar il-Ħamis ser nilqgħu fil-Bażilka tagħna l-istatwa ta’ Santa Rita meqjuma fil parroċċa ta’ Santu Wistin, ser tiġi ċelebrata l-quddiesa fis-6.30pm fis-Santwarju tagħna u wara nkomplu bil-pellegrinaġġ lejn il-Knisja ta’ Santu Wistin. Inħeġġu lil kulħadd biex jattendi.