Dawn huma xi punti li ħarġu lbieraħ waqt il-laqgħa bit-tema: X’inhu l-iskop tas-Santwarju?
1. Santwarju huwa post qaddis. Fit-Testment il-Qadim insibu referenza għall-Qaddis tal-Qaddisin. Parti mit-tempju ta’ Ġerusalemm, fejn jgħammar Alla.
2. Santwarju jissejjaħ hekk għax ikun hemm devozzjoni kbira lejn xi xbieha. Fil-każ tagħna, devozzjoni qawwija lejn il-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu.
3. Għalhekk it-terminu Santwarju, mhuwiex xi titlu li jingħata, iżda jinkiseb minħabba d-devozzjoni partikulari.
5. Hija l-Knisja li permezz ta’ digriet, tiddikjara post bħala Santwarju, minħabba l-pellegrinaggi u devozzjonijiet popolari li jkun hemm
6. L-Inkurunazzjoni hija l-quċċata ta’ dan. Il-kwadru tal-Madonna tal-Karmnu ġie nkurunat fil-15 ta’ Lulju tal-1881, l-ewwel wieħed fil-Gzejjer Maltin.
7. Xbieha Inkurunata ssir relikwa insiji – ikona – prezenza divina.
8. Minħabba f’hekk li x-xbieha tkun mogħttija. Aħna l-unika Santwarju li għadna nagħttu x-xbieha bil-purtiera.
9. Fid-digriet tal-Inkurunazzjoni, hemm imniżżel li l-Kwadru għandu jinkixef biss fil-Festi tal-Mulej u tal-Madonna.
10. Hemm imniżżel ukoll li l-kuruni li tpoġġew fuq ras il-Bambin u ras il-Madonna, ma jistgħux jinqalgħu għal xejn b’xejn, ħlief għal xi restawr.
11. Id-devozzjoni tagħna għanda ssaraf f’vera imħabba lejn il-Madonna. Għalhekk ejjew inkomplu nxerrdu d-devozzjoni taghna lejn dan il-kwadru li ssibu meqjum f’kull rokna ta’ Malta u Għawdex.
12. Kull nhar ta’ Erbgħa, issir it-tifkira tal-Madonna tal-Karmnu (meta l-Liturġija tippermetti).