我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Avviżi » Il-Karmelitani Beltin jiċċelebraw lil San Ġużepp

Arkivji

Il-Karmelitani Beltin jiċċelebraw lil San Ġużepp

Min-nhar is-Sibt 9 ta’ Marzu, l-Arikonfraternità ta’ San Ġużepp, flimkien mal-Komunità Karmelitana tal-Belt Valletta se jiftħu l-festi speċjali f’ġieħ San Ġużepp, Protettur tal-Ordni Karmelitan.

Iċ-ċelebrazzjonijiet se jibdew nhar id-9 ta’ Marzu bl-inawgurazzjoni tal-vara ta’ San Ġużepp wara x-xogħol ta’ restawr li sar fuqha fl-aħħar sena mis-Sur Publio Magro.

Il-vara ta’ San Ġużepp se tkun esposta quddiem l-Oratorju tal-Arċikonfraternità biex il-pubbliku jkun jista’ jżurha, dakinhar u anke l-Ħadd filgħodu (10 ta’ Marzu) u jara mill-viċin ix-xogħol li sar fuqha.

Din iċ-ċelebrazzjoni se tkun qed tiftaħ ukoll il-festi speċjali li se jilħqu l-qofol tagħhom fil-festa speċjali li l-Arċikonfraternità se tkun qed tiċċelebra f’Marzu tas-sena d-dieħla.

Iċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu nhar il-Ħadd 10 ta’ Marzu, fejn wara l-quddiesa tas-6:30pm, l-istatwa ta’ San Ġużepp se tintrefa’ tul il-korsija tas-Santwarju biex titpoġġa għall-qima tal-pubbliku f’nofs il-Bażilika, għall-ġranet tal-festa.

Mis-Sibt 16 ta’ Marzu jibdew tlett ijiem tat-tridu li jilħqu l-qofol tagħhom nhar it-Tlieta 18 ta’ Marzu bit-tranżlazzjoni tar-relikwa mill-Oratorju ta’ Gesù Nazzarenu.

Il-festa tilħaq il-qofol tagħha nhar id-19 ta’ Marzu, bil-quddiesa solenni tas-solennità ta’ San Ġużepp fl-10:00am, u l-purċissjoni li din is-sena se tkun akkumpanjata mill-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei ta’ Marsaxlokk.

Din is-sena, il-purċissjoni se tgħaddi minn quddiem il-Knisja Parrokjali ta’ Santu Wistin fejn iż-żewġ komunitajiet se jingħaqdu f’mument qasir ta’ talb.

Inħeġġu lill-Karmelitani kollha Beltin biex jattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet kollha.

L-istatwa ta’ San Ġużepp dakinhar li ttieħdet għar-restawr

Aqra hawn il-programm iddetaljat:

Is-Sibt 9 ta’ Marzu:

Fis-6:00pm: Rużarju u Kurunella ta’ San Ġużepp

Fis-6:30pm: Quddiesa kkonċelebrata mmexxija mir-Rev. Pirjol u d-Direttur Spiritwali tal-Arċikonfraternità Patri Alexander Scerri O.Carm bil-ħsieb fuq San Ġużepp. Fi tmiem il-Quddiesa tiġi inawgurata u mbierka l-vara wara x-xogħol ta’ restawr li sar fuqha. 

Waqt din iċ-ċelebrazzjoni se jiġi inawgurat ukoll l-innu l-ġdid lil San Ġużepp miktub minn Mro. Michael Camilleri, bil-kliem tas-sinjura Miriam Camilleri. Jinkixef ukoll il-logo li se jakkumpanjana tul din is-sena speċjali li matulha se nkunu qed niċċelebraw il-150 anniversarju mill-Proklamazzjoni tal-Patroċinju ta’ San Ġużepp fuq il-Knisja Universjali

Il-Ħadd 10 ta’ Marzu

Filgħodu l-istatwa ta’ San Ġużepp se tkun esposta quddiem l-Oratorju tal-Arċikonfraternità biex il-pubbliku jkun jista’ jżurha u jara x-xogħol ta’ restawr li sar fuqha.

Fis-6:00pm: Rużarju u Kurunella ta’ San Ġużepp

Fis-6:30pm: Quddiesa u wara l-istatwa ta’ San Ġużepp tintrefa minn quddiem l-Oratorju tul il-korsija tas-Santwarju waqt il-kant tal-innu sakemm l-istatwa titpoġġa f’postha għall-ġranet tal-festa. Malli l-istatwa titpoġġa fuq il-bankun, tingħad it-talba miktuba apposta għal dawn il-festi speċjali u tinxtegħel il-fjamma li tfakkar dan l-anniversarju.

L-Erbgħa 13 ta’ Marzu: L-aħħar Erbgħa ta’ San Ġużepp

Fis-6:00pm: Rużarju u Kurunella ta’ San Ġużepp

Fis-6:30pm: Quddiesa kkonċelebrata bil-ħsieb fuq San Ġużepp wara l-quddiesa tingħad it-talba ta’ San Ġużepp, kant tal-innu u bews tar-relikwa

Mis-Sibt 16 sat-Tnejn 18 ta’ Marzu: Jiem ta’ Tridu Solenni

Is-Sibt 16 ta’ Marzu: Nitolbu għall-vokazzjonijiet Karmelitani

Fis-6:00pm: Rużarju u tingħad it-talba speċjali lil San Ġużepp

Fis-6:30pm: Quddiesa tal-ewwel jum tat-Tridu ta’ San Ġużepp animata mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin bil-ħsieb fuq San Ġużepp minn Patri Aaron Zahra O.P, Direttur Spiritwali tal-Kulleġġ ta’ Sant Albert il-Kbir.

Wara l-Quddiesa tingħad il-Kurunella, jitkantaw l-innu u l-antifona u ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-Barka Sagramentali u l-bews tar-relikwa.

Il-Ħadd 17 ta’ Marzu: Nitolbu għall-familji Maltin u Għawdxin

Fis-6:00pm: Rużarju u tingħad it-talba speċjali lil San Ġużepp

Fis-6:30pm: Quddiesa tat-tieni jum tat-Tridu ta’ San Ġużepp bil-ħsieb minn Patri Aaron Zahra O.P.

Wara l-Quddiesa tingħad il-Kurunella, jitkantaw l-innu u l-antifona u ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-Barka Sagramentali u l-bews tar-relikwa.

It-Tnejn 18 ta’ Marzu: L-aħħar jum tat-Tridu

Fis-6:00pm: Għasar Solenni

Fis-6:30pm: Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwa mill-Oratorju ta’ Ġesù Nazzarenu bis-sehem tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp u tal-Madonna tal-Karmnu. Wara tkompli quddiesa solenni tat-tielet jum tat-Tridu mmexxija mir-Rev. Pirjol u d-Direttur Spiritwali Patri Alexander Scerri O.Carm u li matulha ssir il-vestizzjoni tal-Fratelli u l-Konsorelli l-ġodda. 

Wara l-Quddiesa tingħad il-Kurunella, jitkantaw l-innu u l-antifona u ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-Barka Sagramentali. Iċ-ċelebrazzjoni tintemm bil-bews tar-relikwa.

19 ta’ Marzu: Solennità ta’ San Ġużepp

Fl-10:00am: Quddiesa solenni tal-festa, immexxija mill-W.R.P.Provinċjal Joseph Saliba O.Carm, akkumpanjat mill-Pirjol ir-Rev. Patri Alexander Scerri O.Carm u l-Komunità Karmelitana, il-Kappillan tal-Parroċċa ta’ Porto Salvo u San Duminku l-Kanonku Patri Michael Camilleri O.P, u l-Komunità Agostinjana Beltija. Jinseġ il-Paniġierku l-Kanonku Dun Brendan Mark Gatt, Vigarju Ġudizzjali tat-Tribunal Ekkleżjastiku. 

Fl-10:45am: L-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei ta’ Marsaxlokk tibda marċ minn quddiem it-Teatru Rjal tul Triq ir-Repubblika u Triq it-Teatru fejn tilqa’ l-ħruġ tal-Purċissjoni bil-daqq tal-innu ta’ San Ġużepp. 

Fil-11:30am: Purċissjoni solenni bil-vara ta’ San Ġużepp, bis-sehem tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp, l-Arikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu u l-Fratellanza tal-Madonna taċ-Ċintura tal-Parroċċa ta’ Santu Wistin u akkumpanjata mill-Għaqda Mużikali Madonna ta’ Pompei ta’ Marsaxlokk. Il-Purċissjoni titmexxa mill-Rev. Pirjol u d-Direttur Spiritwali Patri Alexander Scerri O.Carm u l-komunità Karmelitana u Agostinjana tal-Belt Valletta.

Għal din is-sena, il-purċissjoni se tgħaddi minn dawn it-toroq: Teatru u Forni, fejn issir waqfa quddiem il-Knisja Parrokjali ta’ Santu Wistin biex tingħad it-talba lil San Ġużepp mill-Komunità Agostinjana, jindaqq u jitkanta l-innu. Il-Purċissjoni tkompli tul Triq l-Ifran, Melita, Repubblika u Teatru sas-Santwarju.

Mad-dħul tal-Purċissjoni titkanta l-antifona Josef Filii David ta’ Mro. Michael Camilleri u tingħata l-Barka Sagramentali.


Leave a comment

Your email address will not be published. Required fields are marked *

This site uses Akismet to reduce spam. Learn how your comment data is processed.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.