Għax-Xahar tal-Ħolqien u f’Jum il-Festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi, l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu se tkun qed ittella’ attività b’differenza, din id-darba ddedikata kollha kemm hi lill-annimali.
L-attività se ssir nhar il-Ħadd 4 ta’ Ottubru, f’Misraħ l-Indipendenza (fuq il-Palma) bejn id-9:00am u l-4pm, bis-sehem ta’ veterinarju u groomer professjonali.
Is-servizzi offruti mill-groomer (minn Fun Pets Grooming) se jkunu jinkludu: tindif tal-widnejn, qtugħ tad-dwiefer, trim tal-pil, tindik tal-glandoli u basic grooming.
Il-veterinarju Dr Luke Vella Verzin, se jkun disponibbli sas-1pm.
Għas-servizzi kollha qed nitolbu €10 u minnhom se tkun qed tingħata donazzjoni lill-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati (AAA).
Għal min ġej minn barra l-Belt Valletta jista’ jipparkja fil-parkeġġ viċin l-eks kunvent tas-Sorijiet Ursolini (Ara l-mappa)