我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Il-Knisja l-Antika » Il-Kappellun ta’ San Ġużepp

Arkivji

Il-Kappellun ta’ San Ġużepp

Meta wieħed jinżel mit-tribuna lejn il-bieb ta’ barra, minnufih mal-lemin isib ruħu fil-kappellun ta’ San Ġużepp. Il-prospettiva fejn hemm il-kwadru kienet kważi kollha tal-irħam. L-artal huwa ukoll kollu tal-irħam u kien sar fis-sena 1869 u għadu jitgawda fil-knisja il-ġdida.

Il-kwadru ta’ San Ġużepp juri il-qaddis qiegħed imur imdawwar b’Ġesù n-naħa tal-lemin u b’Marija SSma. n-naħa tax-xellug u b’żewġ anġli kbar wara rasu, kif ukoll tnejn oħra żgħar fl-art, waqt li fil-għoli jidher il-Missier Etern. Dan il-kwadru sar fis-sena 1933 mill-Prof. Gregorio Maltzeff. Dan il-kwadru għadu jista’ jitgawda llum fil-knisja l-ġdida. Dan il-Kappellun kien dejjem iddedikat lill-Patrijarka San Ġużepp. Fil-bidu tas-seklu tmintax taħt il-kwadru ta’ San Ġużepp kien hemm sotto kwadru ddedikat lis-S.S. Trinita.

Il-festa ta’ San Ġużepp bdiet issir minn meta twaqqfet il-Konfraternità ta’ San Ġużepp fl-1631. Sas-sena 1798 qabel il-festa kienet issir novena bil-prietki u għal xi żmien kienet ukoll issir settena qabel il-festa. Għal xi żmien dawn tneħħew iżda mis-sena 1884 qabel il-festa ta’ San Ġużepp bdew isiru tlett ijiem ta’ Tridu kif għadu jsir ta’ kull sena sal-lum.

Fis-16 ta’ Marzu 1793, il-konfratelli ta’ San Ġużepp kienu talbu, biex fil-purċissjoni ta’ San Ġużepp takkumpanja wkoll il-vara tal-Madonna tal-Karmnu.

Fid-19 ta’ Marzu 1993, bħala tifkira ta’ din il-purċissjoni unika bil-vara ta’ San Ġużepp u tal-Madonna tal-Karmnu reġgħet ħarġet il-vara tal-Karmnu fil-festa ta’ San Ġużepp.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.