Minħabba l-ħsara strutturali li sofriet il-knisja tal-Karmnu matul it-Tieni Gwerra Dinija, il-komunità mmexxija minn Patri Anselm Chircop O.Carm iddeċidew li jibnu knisja ġdida. Fl-1958 beda l-bini tal-knisja f’forma ovali ddiżinjata mill-Ġużè D’Amato. Wara l-mewt ta’ D’Amato il bini tal-faċċata u l-koppla saru taħt il-periti Louis Naudi u Patri Franco Falzon O.Carm. Il-bini tal-knisja tlesta fl-1981.
Fl-1985 beda x-xogħol ta’ skultura tal-knisja mill-Kavallier Joseph D’Amato miż-Żurrieq.