我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Festi fis-Santwarju

Arkivji

Festi fis-Santwarju

Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu
Bla dubju il-festa prinċipali ta’ din il-knisja hija il-festa tal-Madonna tal-Karmnu li ssir ta’ kull sena b’solennita kbira nhar is-16 ta’ Lulju. Il-festa tal-Karmnu hija festa popolari ħafna mal-Maltin għaliex apparti li hija waħda mill-iktar festi antiki li jsiru, tgawdu devozzjoni singulari fi gżiritna. Apparti hekk il-festa ta’ barra ukoll sa minn dejjem kienet issir bil-kbir tant hu hekk illi l-ewwel festa li kellha t-tiżjin ta’ barra kienet proprju il-festa tal-Madonna tal-Karmnu tal-Belt li sa mis-sena 1622 beda jintrama armar li jżejjen it-toroq tal-Belt għall-festa. Dawn l-aħħar snin permezz tal-ħidma kontinwa ta’ bosta nies il-festa tal-Karmnu kibret ħafna f’dak li huwa armar u mingħajr ma ttellef il-festa ta’ ġewwa, il-festi esterni saru jikkomplimentaw b’ mod mill-iktar ferrieħi dawn il-ġranet tant speċjali.

Mat-twaqqif tal-Konfraternità tal-Madonna tal-Karmnu fl-1622 beda jsir tiżjin ta’ barra u purċissjoni. F’dan iż-żmien minħabba li kien għad m’hawnx statwa tal-Madonna tal-Karmnu, il-purċissjoni kienet issir biss bir-relkwija. Aktarx li l-ewwel purċissjoni bil-vara tal-Madonna tal-Karmnu (dik li illum tinsab fl-Oratorju tan-Nazzarenu) saret fis-sena 1656.

Sas-sena 1790, barra mill-festa solenni kienet issir ukoll bl-istess solennità l-Ottava tal-festa. Nhar l-Ottava kienet ukoll toħroġ purċissjoni bil-vara, iżda minflok kienet toħroġ il-vara tal-Patrijiet (dik li għadha tintuża sal-lum) kienet toħroġ il-vara tal-Konfraternità, l-istess vara li illum qiegħda fil-Knisja tal-Madonna tal-Karmnu tal-Balluta. Wara l-1790, minflok l-ottava bdiet issir in-novena tal-Madonna tal-Karmnu kif għadu jsir sal-lum. Din in-novena kienet issir filgħodu kmieni iżda wara bdew isiru filgħaxija kif isir daż-żmien.

Fi żmien il-Kavalieri ta’ San Ġwann, għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu kien dejjem jiġi l-Gran Mastru akkumpanjat mill-kbarat tal-Ordni Gerosolimitan. Iktar riċenti fi żmienna, għall-quddiesa kantata tal-festa jiġu mistiedna l-ogħla dinjitarji tal-pajjiż.

L-Għaqda Festi Esterni flimkien mal-Komunita Karmelitana ta’ kull sena toħroġ il-Programm tal-Festa li jkun jinkludi rendikont tal-attivitajiet kollha ta’ matul is-sena. F’dawn l-aħħar snin dan il-program sar jinkludi fih artiklu varji fuq il-Knisja u id-Devozzjoni Karmelitana.

Il-Festa ta’ San Ġużepp

Sa mit-twaqqif tal-Arċikonfraternita ta’ San Ġużepp fis-sena 1632, nhar id-19 ta’ Marzu bdiet issir il-festa ta’ San Ġużepp fis-Santwarju Bażilika tal-Madonna tal-Karmnu.Mis-sena 1755 qabel il-festa ta’ San Ġużepp bdiet issir novena bi tħejjija u għal xi żmien ukoll settena. Fl-1793 il-Fratelli ta’ San Ġużepp kienu għamlu talba biex fil-purċissjoni toħroġ ukoll il-vara tal-Madonna tal-Karmnu. Fil-fatt fl-1993 dan reġa’ sar fl-okkażjoni tal-200 sena minn dan l-avviniment. Mis-sena 1884, bil-permess tal-Komunità beda jsir t-tridu solenni qabel il-festa kif ghadu jsir sal-lum.

Il-Milied
IBambin Miliedl-Festi tal-Milied fis-Santwarju Bażilika tal-Karmnu tal-Belt jiġu ċċelebrati b’solennità kbira għaliex huma marbuta mal-kwaranturi li jsiru bejn il-Milied u t-28 ta’ Diċembru.

Ma nafux sewwa meta bdiet issir hekk solenni l-festa tal-Milied, bin-novena u l-quddies f’nofsillejl, iżda ilha ssir żgur mis-sena 1684. Il-Kwaranturi bdew isiru fis-sena 1790 u kienu jorganizzawhom il-Fratelli tal-Madonna tal-Karmnu, bil-priedki bit-Taljan u b’purċissjoni fl-aħħar ġurnata. Mis-sena 1909, il-Kwaranturi bdew jiġu organizzati mill-Komunità Karmelitana u mhux iktar mill-fratelli tal-Madonna tal-Karmnu.

Il-Ġimgħa Mqaddsa u l-Għid

Is-Sepurklu fil-knisja tal-Madonna tal-Karmnu minn dejjem kien ikun armat mill-isbaħ. Il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann kienu ta’ kull sena jattendu għall-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka u joffru somma sabiħa għall-fjuri tas-Sepurklu. Sa minn qabel is-sena 1689, nhar Ħamis ix-Xirka kienet ukoll issir iċ-Ċena.

Gimgha l-KbiraKien hemm l-użanza fost il-Kavallieri ta’ San Ġwann u n-nobbli ta’ Malta li japplikaw biex mill-Ħamis ix-Xirka sal-Ġimgħa l-Kbira filgħodu kienu jżommu ċ-ċavetta tal-Kapsula u dak li tmissu x-xorti li jżomm din iċ-ċavetta kien jagħti offerta sabiħa.

Nhar l-Erbgħa, il-Ħamis u il-Ġimgħa kienu jsiru l-matutin kantati u l-lamentazzjonijiet akkompanjati biċ-ċimblu.

L-Erbgħat tal-Udjenzi
Dawn l-Erbgħat tal-Udjenzi jibdew l-ewwel Erbgħa fuq l-Għid, u huma seba’ Erbgħat, wara xulxin li jissinifikaw is-seba’ ferħat tal-Madonna. Għal dawn l-Erbgħat kienu (u għadhom sal-lum) jattendu ħafna devoti, b’mod speċjali fl-aħħar Erbgħa. Matul dawn l-Erbgħat issir konċelebrazzjoni solenni u prietka fuq il-Madonna tal-Karmnu.

Għalkemm l-Erbgħat tal-Udjenza huma Erbgħat speċjali ħafna, kull nhar ta’ Erbgħa, matul is-sena kollha, issir Konċelebrazzjoni mill-Komunità Karmelitana.

Purcissjonijiet
Il-purċissjoni tal-Madonna tal-Karmnu, ilha issir sa mis-sena 1622, data li fiha ġiet imwaqqfa l-Konfraternità tal-Madonna tal-Karmnu. Għall-ewwel il-purċissjoni ma tantx kienet twila billi kienet l-ewwel purċissjoni fil-Belt Valletta li kienet għadha qed tinbena. Iżda maż-żmien saret purċissjoni popolari ferm.

Minn dokument li jġib id-data ta’ 14 ta’ Lulju 1828, jidher ċar li l-purċissjoni tal-Madonna tal-Karmnu, kienet tgħaddi minn Triq Zekka, minn Triq San Mark, minn Triq l-Ifran (minn quddiem il-knisja ta Santu Wistin), kienet tilwi għal Triq San Ġwann, tgħaddi minn quddiem il-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, iddur ghal Triq il-Merkanti, tilwi minn Triq Kristofru, Triq ir-Repubblika u Triq it-Teatru.

Fil-purcissjoni tal-Madonna tal-Karmnu dak iż-żmien kienu jakkompanjaw u jieħdu sehem il-Kommunitajiet tal-Ordnijiet Reliġjużi l-oħra kollha. Kif ukoll il-Kumpaniji tal-Madonna tal-Karmnu, ta’ San Ġużepp, tal-Anglu Kustodju, tal-Beatu Franku kif ukoll il-Kongregazzjoni ta’ San Luigi Re kif ukoll l-Kongregazzjoni ta’ San Luigi Gonzaga.

Fis-sena 1828, l-Isqof kien qassar it-triq tal-purċissjoni. Għalhekk obbliga biex il-purċissjoni tal-Karmnu tghaddi biss minn Triq Zekka, San Marku, l-Ifran u Triq it-Teatru. Imma ġara li billi l-purcissjoni kienet tkun twila ħafna, għalhekk l-anqas biss ma kienet għadha ħarġet il-Komunità Karmelitana, meta l-purċissjoni bdiet dieħla u dan qajjem konfużjoni sħiħa. Għalhekk mis-sena ta’ wara mill-ġdid bdiet tgħaddi mit-toroq oriġinali.

Illum il-Purċissjoni tal-Madonna tal-Karmnu l-anqas għadha tgħaddi minn dawn it-toroq imma sa mill-1881 bdiet tgħaddi minn Triq il-Punent, Triq l-Arċisqof, Triq il-Merkanti, Triq San Ġwann, Triq ir-Repubblika u Triq it-Teatru.

Il-Purċissjoni ta’ San Ġużepp

Qabel l-1925 din il-purċissjoni kienet qasira ħafna u kienet tgħaddi biss minn Triq Zekka, Triq San Mark, Triq l-Ifran u Triq it-Teatru. Wara din il-Purċissjoni kienet twalet xi ftit u llum tghaddi minn Triq il-Punent, Triq l-Arċisqof, Triq r-Repubblika u Triq it-Teatru.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.