我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Konfraternitajiet u Xirkiet » Il-Konfraternità tal-Madonna tal-Karmnu

Arkivji

Il-Konfraternità tal-Madonna tal-Karmnu

L-ewwel konfraternità li twaqqfet fil-Knisja tal-Karmnu tal-Belt, kienet tal-Madonna tal-Karmnu. Din twaqqfet fit-13 ta’ Frar 1622. Fl-10 ta’ Lulju tal-istess sena , il-konfratelli talbu lill-Pirjol P. Giacomo Tonna biex jagħtihom xi post ħalli jagħmlu oratorju fejn ikun jistgħu joffiċċjaw. Il-Pirjol bil-permess tal-Komunità tahom żewġ kmamar li kineu mingħajr saqaf u li kienu bħala terrazzn, fuq ir-refitorju. Il-fratelli għamlulhom saqaf, niffduhom u għaqqduhom flimkien u hekk għamlu oratorju fejn setgħu jinġabru għal xi funzjonijiet tagħhom.

Fis-16 ta’ Mejju 1642 talbu lill-Vigarju Pirjol P. Piju Pawlu Paci biex jagħtihom karma oħra ħalli jkabbru l-oratorju tagħhom u tahom kamra bl-obbligu li jkomplu l-bini mibdi tas-sagristija skont id-disinn tal-perit. Iżda għalkemm kellhom oratorju mhux ħażin fil-kunvent b’danakollu xtaqu jibnu oratorju li wkoll il-konsorelli jistgħu jiffrekwentawh, u għalhekk talbu l-permess tal-Komunità biex jibnu oratorju u fl-1655 akkwistaw il-permess meħtieġ. L-oratorju tal-Fratelli tal-Karmnu kien tasseww ġojell, kellu skultura u dejorazzjoni mill-isbaħ. Il-bieb tiegħu kien jagħti għal Triq Żekka iżda wkoll wieħed seta’ jidħol mill-knisja minn wara l-altar maġġur. Fit-28 ta’ Settembru 1855 meta ġiet imsewwija l-faċċat tax-XBieha mirakuluża tal-Madonna, fl-istess ħin ngħalaq dan il-bieb għar riedu jkabbru l-Kor, iżda xahrejn wara fit-23 ta’ Novembru ġie miftuħ biex ieħor li jinfed għall-oratorju fis-saletta ta’ qabel is-sagristija.

Fil-25 ta’ Novembru 1896 il-Fratelli tal-Karmnu taw l-oratorju tagħhom ill-Patrijiet biex ih jagħmlu kor kbir u spazjuż billi l-Knisja fit-13 ta’ Mejju 1895 ġiet mgħollija għall-grad ta’ Bażilika Minuri mill-Papa Ljun XIII. Għalhekk minflok l-oratorju li kellhom, il-Patrijiet tawhom kuritur isfel minn tal-Kunvent u addattawh f’oratorju li għadu sal-lum.

Il-Konfraternità tal-Madonna tal-Karmnu kienet dejjem ġeneruża lejn il-Patrijiet Karmelitani u wkoll għamlet bost opri sbieħ fil-knejjes tagħhom speċjalment f’dik tal-Belt Valletta. Fl-20 ta’ Ottubru 1900 il-Konfraternità għamlet id-damask ġdid, sar il-fon ta’ taħt l-orgni u nfetħu żewġ arkati ta’ ħdejn it-tribuna mill-inġinier Tomaso Malerba li ġew jiswew tletin sterlina. F’għeluq il-ħamsin sena mill-Inkurunazzjoni (1931) rregalat l-pedistall tal-fidda tal-istatwa tal-Karmnu. FL-1949 għamlet tabernaklu tal-fidda li jintrama fil-festa. Fl-1951 offriet somma wisq ġeneruża biex lejliet il-festa dik il-ġurnata kollha tkun iddedikata mill-imsemmija konfraternità fis-seba’ ċentinarju tal-Labtu tal-Karmnu.

Fl-1 ta’ Frar 1890 tat lill-Patrijiet Karmelitani l-knisja ż-żgħira gotika ta’ San Ġiljan u fid-19 ta’ Awwissu tal-1890 tathom post biex jibnu l-kunvent f’San Ġiljan li jkun magħqud mal-Knisja li kienet diġà tathom.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.