我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Statwi fis-Santwarju » L-Istatwa ta’ San Ġużepp

Arkivji

L-Istatwa ta’ San Ġużepp

S Guzepp statwaL-istatwa ta’ San Ġużepp saret minn Mastru Nazju Portelli l-injam biex saret, tah rigal Mastru Salv Bartolo, minbarra biċċa żgħira li kienet mixtrija mingħand Nazju Stornello bi skud. Il-fattura tal-istatwa qamet 60 skud. L-istatwa kienet saret fis-sena 1694. Sena wara ġiet sgraffita mill-induratur Mastru Marozz Bramon. L-istatwa saret mill-ġbir u fosthom insibu xi kavallieti u l-Ballija Gori.

Fil-kor ta’ Sant’Orsola, hemm statwa ta’ San Ġużepp twila xi erba’ piedi, tali kwali bħall-istatwa ta’ San Ġużepp li tinsab fil-Karmnu.

L-istatwa ta’ San Ġużepp hija tassew sabiħa. F’idu x-xellugija jidher l-asluġ bil-ġilju u b’idu l-leminija qiegħed iżomm minn idu lit-tfajjel Ġesù. It-tnejn huma f’qagħda li donnhom mixjin u f’wiċċ San Ġużepp tinqara l-kuntentizza. Il-libsa mxammra bil-kmiem u minn qaddu n-naħa tax-xellug, tagħtih ix-xeħta ta’ veru ħaddiem u l-vini jidhru mqabbżin f’idejh, juru l-ebusija tax-xogħol. Il-Bambin jidher ta’ xi disa’ snin liebes libsa li tinżillu ftit iktar minn irkubbtejh, xuxtu maħlula, u b’idu x-xellugija qiegħed jaqbad id il-leminija tal-missier putattiv tiegħu, waqt li f’wiċċu tinqara l-fiduċja sħiħa tal-protezzjoni ta’ San Ġużepp.

Qabel l-istatwa preżenti, il-Konfraternità ta’ San Ġużepp, kellha statwa oħra qadima tal-qaddis Patrun. Din l-istatwa meta kienu prokuraturi tal-Kumpanija Gio Batta Chircop u Dumink Dingli fis-sena 1700 kienu biegħuha sitt skudi lill-Konfraternità ta’ San Ġużepp tar-Rabat, tal-Imdina.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.