我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Il-Knisja l-Antika » Il-Kappella ta’ Sant’Albert

Arkivji

Il-Kappella ta’ Sant’Albert

Artal S AlbertIr-raba’ kappella u l-aħħar waħda min-naħa tax-xellug hija dik ta Sant’Albert. Il-prospettiva ta’ din il-kappella kienet tixbaħ ħafna l-kappella tal-Lunzjata.

Il-kwadru ta’ din il-kappella huwa kwadru ta’ valur artistiku kbir xogħol ta’ Mattia Preti. Fih jidher Sant’Albert liebes ta’ Karmelitan bil-kappa l-bajda, mixħut għarkupptejh quddiem altar, bil-kurċifiss f’idu l-leminija waqt li x-xellugija tinsab fuq sidru. Għajnejh huma mitfugħin lejn is-sema fejn donnu qed jilmaħ viżjoni, u dawl għoli jinsab mitfugħ fuqu waqt li mill-għoli jidhru żewġt irjus ta’ anġli qegħdin iħarsu lejh.

L-artal, li sar fl-1857, huwa kollu tal-irħam u għadu jista’ jitgawda fil-knisja l-ġdida. Dan l-artal kien ġie kkonsagrat fit-22 ta’ Lulju 1881 mill-Isqof Karmelitan Mons. Angelo De Martis Isqof ta’ Sardinja. Qabel dan l-artal kien hemm ieħor tal-injam.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.