L-altar dedikat lill-Karmelitan Sant’ Albert ta’ Trapani (Sqallija) mpittra minn Mattia Preti (1613-1699). Pittura tonda ta’ San Ġuda Taddew mpittra minn Esprit Barther (1919-1999).
San Albert ta’ Trapani twieled fit-13-il seklu fi Trapani, Sqallija. Ta’ eta żgħira daħal fl-Ordni Karmelitan fejn kien magħruf għall-predikazzjoni u għall-mirakli tiegħu. Fl-1296 sar Provinċjal ta’ Sqallija u miet f’Messina, madwar is-sena 1307. Għadda ħajja magħquda ma’ Alla bit-talb u b’ħajja ta’ safa. Il-festa tiegħu tiġi ċċelebrata fis-7 ta’ Awissu.