我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Il-Knisja l-Antika » Il-Kappella tal-Beatu Franku

Arkivji

Il-Kappella tal-Beatu Franku

Ħdejn il-kappella ta Sant’Elija wieħed kien isib il-kappella tal-Beatu Franku, Karmelitan. F’din il-kappella wieħed kien isib irħam fin ħafna. Il-kwadru kien juri żewġ qaddisin it-tnejn gharkupptejhom. In-naħa tax-xellug kien hemm il-Beatu Franku liebes ta’ Karmelitan bil-kappa bajda qiegħed iħares lejn Kurċifiss li jinsab fl-għoli. In-naħa tal-lemin kienet tidher Santa Marija Maddalena de Pazzi għarkupptejha ukoll, u liebsa ukoll ta’ Karmelitana bil-kappa bajda. Dan il-kwadru kien opra tal-pittur Antonio Zammit.

Taħt dan il-kwadru kien hemm sotto kwadru żgħir bil-gwarniċ tond tal-fidda li juri il-Madonna tad-Dawl. Dan il-kwadru kien għażiż ħafna u sas-sena 1752 kienet għadha ssir festa kbira f’ Mejju bin-novena organizzata mill-fratelli tal-Madonna tad-Dawl. L-artal li għadu jista’ jitgawda fil-knisja l-ħdida huwa kollu tal-irħam fin ħafna u sar fl-1873. Il-paviment ta’ din il-kappella wkoll kien tal-irham u sar mal-pavimentar tal-kappelluni l-oħra.

Qabel ma kienet iddedikata lil Beatu Franku, din il-kappella kienet iddedikata lil Beata Verġni taħt it-titolu ta’ ”De Itria”. F’Awissu jew Settembru kienet issir il-festa tagħha b’pompa u solennità kbira. Il-kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann kellhom devozzjoni kbira lejn dan it-titolu tal-Madonna u kienu jieħdu sehem b’solennità kbira f’din il-festa. Fl-1674 tpinġa l-kwadru ta’ Santa Marija Maddalena u wkoll kienet issir l-festa tagħha inkluż prietka u funzjoni kull nhar ta’ Ġimgħa, għal ħames ġimgħat qabel il-festa.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.