Fl-artal prinċipali, wieħed jista’ jinnota kanapew tal-bronz, l-ewwel fil-Gżejjer Maltin magħmul minn Pio Cellini. L-artal u l-kolonni magħmulin minn irħam skulturat mill-aħwa Le Turco, fejn wieħed jista’ jinnota sittax-il statwa ta’ Qaddisin Karmelitani mal-erba’ kolonni. Hemm ukoll ħames anġli jżommu l-artal. Wara s-16-il Qaddis Kamelitan wieħed jara irħam aħdar skur li huwa rari u prezzjuż.
Home » Is-Santwarju l-Ġdid » Artal Bażilikali u l-Kor