我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Il-Knisja l-Antika

Arkivji

Il-Knisja l-Antika

Il-Knisja kienet ta’ għamla sempliċi ħafna, b’nava mdaqqsa u bil-kappelli alterali. Hija twila 150 pied u 50 pied wiesgħa; u fuq l-erba’ pilastri ewlenin li jorbtu l-presbiterju, in-navata u l-kappelluni, tinsab imtella’ koppla li ma tantx hi wisq għolja.

Il-knisja b’kollox kellha għaxar altari. L-altar maġġur (it-tribuna), iż-żewġ kappelluni tal-lemin meta wieħed ikun iħares lejn l-altar maġġur u tax-xellug. Tlieta fin-navata tal-lemin meta wieħed ikun iħares lejn l-alter maġġu u tax-xellug. Tlieta fin-navat tal-lemin, u erba’ fin-navata tax-xellug. In-navati tal-lemin u tax-xellug, ma kinux dejjem navati imma kienu kappelli jinfdu waħda għall-oħra permezz tal-passaġġ.

Il-knisja kellha żewġ bibien li jinfdu għal barra. Il-bieb il-maġġur li hu fi Triq it-Teatru l-Antik u ieħor fi Triq Zekka.

Il-paviment tal-knisja kien tal-irħam. Ukoll il-pilastri u l-kontropilastri huma ta’ rħam ta’ lewn griż bi speċi ta’ burdura mad-dawra kollha tagħhom; tal-pilastri l-kbar hija ħadranija u taż-żgħar safranija.

Wara l-kor kien hemm Oratorju l-ġmiel tiegħu. Kien kollu skultura u dekorazzjoni u rikk ħafna; kellu l-bieb tiegħu għal Triq Zekka. Dan l-Oratorju kien tal-Konfraternità tal-Madonna tal-Karmnu.

Oratorju ieħor hu tal-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp li kien malli tidħol mill-bieb tal-kunvent.

Il-Bażilka kellha wkoll sotterran jew kannierja. F’din il-kannierja barra mill-patrijiet, kienu jindifnu bosta nies. Fost tant nies inisbu fiha b’devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu bosta nies nobbli u wkoll xi kavallieri; fost dawn il-kavallieri nsibu l-isem tar-Revdo Kommendatur Fra Fabrizio Cagliola, Kappillan Konventwali li b’testment ried jindifen fil-Kappella tiegħu tal-Lunzjata li tinsab fil-knisja tal-Karmnu tal-Belt Valletta.

Fit-tempju hemm ukoll bosta rħamiet kif ukoll fl-ewwel sagristija, ta’ nies nobbli, li juru li huma mifdunin fis-sotterran tal-knisja tal-Karmnu u ħallew xi legati ta’ quddies għal ruħhom. Minn meta twaqqfet it-tribuna tal-altar maġġur ħadd iktar ma ndifen, la patrijiet u lanqas sekulari.

knisja seklu 17

 

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.