我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Il-Knisja l-Antika » Il-Kappella ta’ Sant’Anġlu

Arkivji

Il-Kappella ta’ Sant’Anġlu

Artal S AngluL-aħħar u r-raba’ kappella int u nieżel in-naħa tal-lemin hija ddedikata lil Sant’Anġlu Martri Karmelitan. Il-Prospettiva kif ukoll l-artal kienu tal-irħam u l-artal kien ġie kkonsagrat fit-22 ta’ Lulju 1881 mill-Isqof Karmelitan Mons. Salvatore Angelo De Martis.

Il-kwadru ta’ dan il-kappellun huwa xogħol Mattia Preti u għadu jista’ jitgawda fil-knisja l-ġdida. Dan jirrappreżenta lil Sant’Anglu liebes ta’ Karmelitan, għarkubbtejh b’idejh miftuħa, qiegħed iħares lejn is-sema b’kuruna u palma f’idejh. Fuq ras il-Qaddis tidher mannara, sinjal tal-martirju. Dan il-kwadru qabel kien imdendel mal-ħajt tal-Kor.

Din il-kappella antikament kienet iddedikata lill-Madonna ta’ Loretu u l-kwadru għadu jeżisti u jinsab fil-kappellun ta’ San Ġużepp. Dan il-kwadru juri lill-Madonna bilqiegħda fuq dar ċkejkna, waqt li qtajja’ tal-angli qegħdin jittrasportawha. Isfel jidhru żewġ qaddisin: Sant Andrija Appostlu u San Franġisk minn Pawla.

Dan il-kappellun kellu ukoll sotto kwadru ta’ Sant’Anna li fl-antik kien jiġbed lejh devozzjoni kbira.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.