我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Konfraternitajiet u Xirkiet » Bolla Sabbatina

Arkivji

Bolla Sabbatina

Ix-Xirka tal-“Bolla Sabbatina” mhijiex ħlief xirka tas-suffraġi għal dawk kollha li huma miktubin diġà fil-Labtu tal-Madonna tal-Karmnu. Il-flus għalhekk li wieħed jew waħda tħallas biex tinkiteb f’din ix-Xirka tal-Bolla Sabbatina toħodhom kollha suffraġji għal ruħuhom. Anzi wkoll matul ħajjithom dawk li jkunu miktubin fil-Bolla Sabbatina jgawdu u jkollhom sehem minn tant quddies li jsir matul is-sena.

Din ix-xirka twaqqfet hawn Malta bil-ħila u t-tħabrik tar-Rev. P. Pirjol il-Majjistru Lorenzo Elija Ferrone. Dan ir-reliġjuż Karmelitan, waqt li kien Pirjol tal-Kunvent tal-Belt ħaseb biex iwaqqaf l-imsemmija Xirka jew Soċjetà tas-Suffraġji li mbagħad ħadet l-isem ta’ Bolla Sabbatina.

Fit-8 ta’ Lulju 1801 il-Pirjol poġġa din il-proposta quddiem il-Komunità tal-Belt u l-patrijiet ħadu pjaċir b”din il-proposta u approvawha.

Fit-30 ta’ Novembru 1801 twaqqfet bl-approvazzjoni tal-Eċċmu. Revmu. Mons. Vincenzo Labini, Arċisqof u Isqof ta’ Malta u Għawdex u tal-Komunità kollha Karmelitana tal-Belt.

L-istess Pirjol Majjistru għamle bħal statuti b’disa’ artikolu u li ġew approvati mill-imsemmi Isqof u mill-Komunità u ffirmati minn Fra Giuseppe Murga, Segretajru u Kanċillier.

Meta twaqqfet din ix-Xirka tal-Bolla Sabbatina minnufih bdew jidħlu fiha bosta nies speċjalment kbarat  u minn tal-ewwel kien l-Isqof Labini u s-Segretajru tiegħu.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.