Sa mis-sena 1589, f’dokumenti antiki nsibu li diġà kietn imwaqqfa t-Terz’Ordni tal-Madonna tal-Karmnu fil-knisja tal-Belt Valletta. Fit-18 ta’ Ottubru tal-1589 nsibu lil ċerta Casandra Rodolendo, Terzjarja, irregalat Xbieha tal-Verġni SSma. biex tiqiegħda l-altar tal-Ispirtu s-Santu. Dawn it-Terzjarji xi drabi kienu jissejħu wkoll Monjali jew biżokki, fl-14 ta’ Ottubru 1754, professjoni ta’ biżokka u Te Deium 28 tari. Kienu jagħmlu l-laqgħat kien ikollhom kważi kull nhar ta’ Ħadd prietka, li kienet ukoll tkun għad-devoti tal-Madonna u għall-miktubin fil-Labtu, wara l-priedtka kienu jitqassmu xi labtijiet għal dawk li jkunu ffrekwentaw għall-prietka.
It-Terz’Ordni kif nafuh illum ġie mwaqqaf f’Malta fl-1884 u l-ewwel kitba saret fl-4 ta’ Ġunju tal-istess sena. F’dik il-ġurnata biss kien nkitbu 57 terzjarju/a imbagħad inkitbu wkoll bsota oħrajn matul ix-xahar ta’ Ġunju li b’kollox f’Ġunju biss inkitbu 84, sa Lulju l-għadd ta’ Terzjarji laħaq 114, sa Diċembru kienu nkitbu 211 u sa Lulju tal-1885 l-għadd kien tela’ għal 440.
L-ewwel Direttur Spiritwali tat-Terz’Ordni kien Patri Ġiljan Calleja.