我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Il-Karmelitani f’Malta

Arkivji

Il-Karmelitani f’Malta

Għalkemm data ċerta li fiha ġew il-Patrijiet Karmelitani f’Malta hija is-sena 1418, bosta studjuzi jsostnu li sa minn ħafna snin qabel diġà kellna l-ewwel kunvent ta Patrijiet Karmelitani fi gżiritna. Dan ġara wara li ġew imsejħa minn Sqallija, fuq talba tal-werrieta tan-nobbli sinjura Margherita d’Aragona lill-provinċja ta’ Sqallija biex tibgħat xi reliġjużi Karmelitani fil-gżira tagħna.

Fit-testment tan-nobbli Margherita ħalliet b’wirt il-knisja tal-Lunzjata f’post barra mill-bini tar-Rabat tal-Imdina. Fit-testment ma tissemma l-ebda Komunità reliġjuża li lilha xtaqet tħalli l-knisja tagħha, imma ħalliet f’idejn il-werrieta li jagħtu l-imsemmija knisja lil min iridu huma. Billi il-werrieta kellhom devozzjoni kbira lejn il-Madonna tal-Karmnu kif ukoll minħabba li kienu jafu xi patrijiet Karmelitani, offrew il-knisja tal-Lunzjata lil din l-istess ordni Karmelitana. B’hekk permezz ta’ dan it-testment ġie miftuħ l-ewwel Kunvent ta’ Patrijiet Karmelitani f’Malta.
L-Ewwel Kunvent

Malli l-Patrijiet Karmelitani ħadu f’idejhom il-knisja tal-Lunzjata, l-ewwel ħsieb tagħhom kien li jibnu kunvent żgħir, imiss u jinfed mal-imsemmija knisja, biex ikunu jistgħu jgħammru fih u jaqdu sewwa l-obbligazzjonijiet tagħhom. Madanakollu minħabba l-għadd ta’ reliġjużi li bdew jissieħbu ma’ din l-ewwel Komunità Karmelitana, dan l-ewwel kunvent sar żgħir wisq u fis-sena 1546  kellhom ikabbruh.

Il-Knisja tal-Lunzjata li kienet eżatt ħdejn il-kunvent kienet knisja imdaqqsa iżda bla ebda ornamenti jew skultura. Fuq l-artal maġġur jidher kwadru titulari li jirrapreżenta l-Madonna tal-Karmnu. Benefattriċi kbira ta’ dan  il-kunvent tal-Lunzjata, kienet in-nobbli Katerina Sillato. Din il-mara f’testment li għamlet ħalliet il-ġid kollu tagħha għal din il-knisja u l-kunvent Karmelitan.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.