我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Is-Santwarju l-Ġdid » Artal Sant’Elija

Arkivji

Artal Sant’Elija

Artal S ElijaL-altar dedikat lil Sant’ Elija, il-profeta li huwa l-missier spiritwali ta’ l-Ordni Karmelitan. Il-pitturi hu ta’ Lorenzo Aspetti (c1860). Il-pittura t-tonda hi pittura tal-Qalb ta’ Ġesú mpittra minn Paul Delorenzo Busuttil (b. 1940).

Fil-Kotba Mqaddsa, Elija Profeta jidher bħala bniedem ta’ Alla, li għalhekk dejjem qagħad quddiem il-Mulej u ssielet bl-akbar ħeġġa għall-qima tiegħu bħala Alla veru u waħdieni. Huwa ddefenda d-drittijiet ta’ Alla f’taqbida solenni fuq il-Għolja tal-Karmel, u wara ngħata l-esperjenza intima ta’ Alla l-Ħaj fuq il-Muntanja Ħoreb. L-ewwel irħieb, li fis-seklu tlettax ġeddu din l-għamla ta’ ħajja reliġjuża f’ġieħ il-Verġni Marija fuq il-Għolja tal-Karmel, imxew fuq it-tradizzjonijiet monastika ta’ qabel u ħarsu lejn dan il-Profeta kbir sabiex ifasslu ħajjithom fuq tiegħu flimkien ma’ qima speċjali lil Omm Alla. Il-festa tiegħu issir fl-20 ta’ Lulju.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.