我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Il-Kwadru tax-Xbieha tal-Madonna Mirakoluża, msejjaħ tal-Morda

Arkivji

Il-Kwadru tax-Xbieha tal-Madonna Mirakoluża, msejjaħ tal-Morda

Fost il-ħwejjeġ l-iktar prezzjużi li jinsabu fil-Bażilika Santwarju tal-Karmnu, wieħed jista’ jara l-Madonna Mirakoluża, li tiġi meħuda għand il-morda. Din hija pittura żgħira tal-Madonna li ma nafux min pingieha.  Illum din ix-xbieha qiegħda protetta fi gwarniċ tal-fidda mżewwaq b’xi ornamenti, ta’ għamla tonda u żgħira.

Jista’ jkun li l-Patrijiet Karmelitani, dan il-kwadru ġabuh magħhom minn Sqallija meta ġew hawn Malta, bħalma kważi dejjem kienu jagħmlu meta kienu jmorru f’xi pajjiż ġdid. Hemm oħrajn li jsostnu iżda li dan il-kwadru ġie regalat minn ċerta mara twajba jisimha Cassandra Rodudena, li fis-17 ta’ Ottubru tas-sena 1859, għamlet it-testment, fejn fost l-affarijiet li ħalliet lill-kunvent tal-Karmnu tal-Belt, ħalliet ukoll xbieha żgħira tal-Madonna, pinġut fi gwarniċ tal-fidda, li hija antika u għażiża ħafna, biex titqiegħed fl-artal tal-Ispirtu s-Santu. Minn dan malajr nifhmu li l-kwadru fis-sena 1589, kien diġà meqjus bħala antik u għażiż ħafna.

Din ix-Xbieha tal-Madonna qiegħda fi speci ta’ kaxxa tal-fidda kbira. Il-Kaxxa saret mill-fided tal-wegħdi li kienu jinsabu fid-depożitu u saret fis-sena 1783. Il-Madonna minn din ix-Xbieha għażiża ferrxet kotra kbira ta’ grazzji. Xhieda ta’ dan, huma l-kwantità kbira ta’ wegħdi li jidhru mdendlin madwar il-kwadru tagħha.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.