Il-Madonna tal-Karmnu u San Duminku jiltaqgħu għat-tieni darba!
Huwa ta’ pjaċir għalina li nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru, se nilqgħu fis-Santwarju Bażilika tagħna, l-istatwa artistika ta’ San Duminku.
Dakinhar, il-Parroċċa Dumnikana se tkun qed tiċċelebra l-festa tal-Madonna tar-Rużarju u waqt il-pellerginaġġ bil-vari tal-Madonna tar-Rużarju u ta’ San Duminku, se ssir waqfa fis-Santwarju Bażilika tagħna fejn se jsir hemm mument ta’ talb.
Iċ-ċelebrazzjoni se tibda fis-6:15pm fil-Bażilika tal-Porto Salvo u San Duminku, b’quddiesa mmexxija mill-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm u wara nimxu flimkien f’pellegrinaġġ waqt li nitolbu t-talba tar-Rużarju Mqaddes.
Inħeġġu lil kulħadd biex jingħaqad magħna mhux biss biex niċċelebraw dan il-mument ta’ għaqda bejn iż-żewġ komunitajiet tagħna, iżda fuq kollox biex nitolbu t-talba li tant hija għażiża għas-Sultana tagħna.