我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Articles posted by carlfarrugia

Author Archives: carlfarrugia

Arkivji

Programm tal-Festi Solenni Madonna tal-Karmnu Il-Belt Valletta 2023

Is-Sibt, 1 ta’ Lulju
Ħruġ min-Niċċa
6.30pm Quddiesa tal-ftuħ tal-festa mmexxija minn Patri Alex Scerri O.Carm Pirjol u Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju. Fil-bidu taċ-ċelebrazzjoni, kif inhi d-drawwa, jinkixef il-Kwadru Inkurunat u ssir il-mixgħela tal-Bażilika. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jingħata l-mandat lir-Reffiegħa u jsir il-ħruġ solenni tal-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu min-niċċa.

Il-Tnejn, 3 ta’ Lulju: Jum Ewkaristiku
Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra ta’ grazzji fuqna
10.00am Quddiesa. Wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar.
6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija u Barka Sagramentali.
6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq il-Verġni Marija fiċ-Ċenaklu

Il-Tlieta, 4 ta’ Lulju: Jum it-Terzjarji Karmelitani
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitan li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji l-ġodda.

L-Erbgħa 5 ta’ Lulju
Nitolbu għall-pajjiżna
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa Konventali bis-supplika quddiem ix-Xbieha Inkurunata tal-Madonna tal-Karmnu

Mill-Ħamis 6 ta’ Lulju sal-Ġimgħa 14 ta’ Lulju
Novena f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu
6.00pm Rużarju kantat bil-Litanija Karmelitana
6.30pm Quddiesa solenni bil-ħsibijiet minn Mons. Paul Carmel Vella Rettur tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann. Wara tingħad il-Kurunella u ssir Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Reġina u Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

6 ta’ Lulju
Jum l-Arċikonfraternità ta San Ġużepp

7 ta’ Lulju
Jum il-voluntiera tal-festa

8 ta’ Lulju
Jum il-Familja
Mistiedna dawk li żżewġu matul l-aħħar sena fis-Santwarju

9 ta’ Lulju
Jum l-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu

10 ta’ Lulju
Jum il-Vokazzjonijiet Karmelitani.
Imexxi ċ-ċelebrazzjoni Patri Maurice Abela O.Carm, Kappillan ta’ Santa Venera fl-okkażjoni tal-25 anniversarju mill-Ordinazzjoni

11 ta’ Lulju
Jum il-Voluntiera tas-Santwarju
13 ta’ Lulju
Jum il-Benefatturi tagħna
Mistiedna l-qraba ta’ dawk li mietu fl-aħħar sena

Is-Sibt 8 ta’ Lulju
Festa ta Tfal
10.00am Quddiesa animata għat-tfal u wara manifestazzjoni bil-vara tat-tfal madwar it-toroq tal-Belt Valletta.

L-Erbgħa 12 ta’ Lulju
Jum il-Morda u l-Anzjani
10.00am Quddiesa għall-morda u l-anzjani u li matulha ssir id-dilka biż-Żejt tal-Griżma. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni tiġi esposta x-xbieha devota tal-Madonna tal-Karmnu li fl-imgħoddi kienet iżżur lill-morda fi djarhom.

Il-Ġimgħa 14 ta’ Lulju
L-Aħħar Jum tan-Novena.
6.30pm Quddiesa Solenni tal-Aħħar Jum tan-Novena li għaliha huwa mistieden il-Kunsill Lokali tal-Belt u għaqdiet oħra soċjali u ċivili.

Is-Sibt 15 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni
10.00am Quddiesa Konventwali mill-komunità tas-Santwarju mmexxija mill-Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, f’għeluq il-142 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, tax-Xbieha Mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu. Jinseġ id-Diskors tal-Inkurunazzjoni, ir-Rev. Monsinjur Joseph Sultana, Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir il-kant tar-Regina Coeli u t-Te Deum.
6.00pm Quddiesa letta
7.00pm Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwija mill-Kulleġġ ta’ Sant Albert il-Kbir fi Triq l-Ifran bis-sehem tal-Arċikonfraternita tal-Madonna tal-Karmnu. Wara jkompli l-Ewwel Għasar Solenni tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu u tingħata l-Barka Sagramentali. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni, il-Wisq. Rev. Patri Joseph Saliba O.Carm, Provinċjal tal-Karmelitani.

Il-Ħadd, 16 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Il-Quddies fuq l-artal tal-vara jkun fis-6.30 u f’nofsinhar.
7.30am Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju.
8.00am Quddiesa mill-Provinċjali, ir-Retturi u l-Kappillani tal-Knejjes tal-Belt.
9.30am Il-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra Quddiesa Solenni Prelatizja f’Jum il-Festa Patronali tal-Ordni mmexxija mill-Wisq Rev. Provinċjal Patri Joseph Saliba O.Carm. Jinseġ il-paniġierku r-Wisq Rev. Monsinjur Hector Scerri.
5.30pm It-Tieni Għasar Solenni mmexxi mir-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Pirjol u Rettur tas-Santwarju
6.00pm Quddiesa kantata mmexxija mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta.
7.00pm Purċissjoni Solenni bl-Istatwa devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu u l-Labtu ta’ San Ġwanni Pawlu II mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provincjal tal-Karmelitani. Waqt il-pellegrinaġġ tingħad it-talba tar-Rużarju.
8.00pm Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir il-konsagrazzjoni tagħna lill-Madonna tal-Karmnu
10.15pm Dħul tal-Purċissjoni fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

L-Erbgħa 26 ta’ Lulju
Quddiesa ta’ Ringrazzjament
6:30pm Quddiesa ta’ ringrazzjament fi tmiem ix-xahar ta’ Lulju u wara dħul tal-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fin-niċċa tagħha.

Festi Esterni

Is-Sibt 8 ta’ Lulju
Festa tat-Tfal
10.30am Dimostrazzjoni bl-istatwa tal-Madonna tat-Tfal akkumpanjata mill-banda. Id-dimostrazzjoni tgħaddi minn dawn it-toroq: Triq it-Teatru l-Antik, Zekka, Arċisqof, Merkanti fejn id-dimostrazzjoni tidħol fis-Suq tal-Belt u wara tkompli lejn Triq it-Teatru l-Antik sas-Santwarju Bażilika.
Il-Ħamis 13 ta’ Lulju
Marċ ta’ Sant’Elija
8.00pm Marċ mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin li jibda minn Pjazza Mattia Preti għal Triq il-Punent, Santa Luċija, San Patrizju, San Ġwann u Zekka. Minn hawn, il-banda takkumpanja l-istatwa ta’ Sant’Elija lejn Triq it-Teatru l-Antik, Repubblika u San Ġwann fejn l-istatwa tittella’ fuq il-pedistall tagħha. Mat-tlugħ tal-istatwa jintwera feature u jittella’ spettaklu mis-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin.
Il-Ġimgħa 14 ta’ Lulju
Marċ tal-Aħħar tan-Novena
8.30pm Marċ mis-Soċjetà Filarmonika Sliema li jibda minn Pjazza Teatru Rjal, għal Triq ir-Repubblika, Luċija, Forni u Teatru l-Antik fejn il-banda tilqa’ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-marċ fil-ħruġ tagħha mis-Santwarju Bażilika. Il-marċ ikompli fi Triq il-Punent, Luċija, Zekka, Teatru l-Antik u Repubblika fejn l-istatwa tittella’ fuq il-pedistall tagħha fi Pjazza Reġina (quddiem Cordina). Fi tmiem il-marċ tinħaraq kaxxa.
Wara jibda spettaklu minn Spiteri Lucas Entertainment Band fi Pjazza San Ġorġ
Is-Sibt 15 ta’ Lulju
Lejliet Il-Festa
Waqt it-Te Deum jinħaraq salut u diversi murtali.
11.30am Marċ brijuż tat-Te Deum mis-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu tal-Balluta li jibda minn Pjazza Teatru Rjal għal Triq Repubblika, San Ġwann u Merkanti fejn il-marċ jidħol is-Suq tal-Belt. Il-Marċ ikompli lejn Triq it-Teatru l-Antik u jilħaq il-qofol tiegħu quddiem is-Santwarju Bażilika.
7.00pm Waqt it-Tranżlazzjoni Solenni jinħaraq salut, kaxxa infernali u diversi murtali u murtaletti.
8.30am Is-Soċ. Fil. Naz. La Valette tesegwixxi Progamm Mużikali fuq planċier fi Pjazza San Ġorġ. Matul il-programm jinħarqu diversi blalen.
10.00am L-istess banda tinżel f’Marċ Venezjan tul Triq it-Teatru l-Antik sa quddiem is-Santwarju Bażilika fejn l-għaqdiet tas-Santwarju jippreżentaw bukketti ta’ fjuri quddiem in-Niċċa tal-Madonna tal-Karmnu.
Il-Ħadd 16 ta’ Lulju
Jum Is-Solennità Tal-Madonna Tal-Karmnu
8.00am u 12.00am Jinħaraq salut u diversi murtali u murtaletti
5.30pm Marċ mill-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria taż-Żurrieq minn Pjazza Teatru Rjal għal Triq ir-Repubblika u Triq it-Teatru l-Antik sas-Santwarju Bażilika fejn tilqa’ l-vara devota tal-Madonna tal-Karmnu bid-daqq tal-Fior del Carmel
7.00pm Mal-ħruġ tal-purċissjoni jinħaraq salut u kaxxa infernali u diversi murtali u murtaletti jinħarqu waqt il-purċissjoni.
7:00pm Is-Soċ. Fil. Naz. La Valette tibda marċ minn Pjazza Teatru Rjal għal Triq ir-Repubblika, Teatru l-Antik u Zekka fejn aktar tard tilqa’ l-vara tal-Madonna tal-Karmnu ftit qabel tidħol lura fis-Santwarju Bażilika.
7.30pm L-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura tilqa’ l-vara tal-Madonna tal-Karmnu fi Triq Forni u tkompli takkumpanja l-purċissjoni tul ir-rotta kollha tagħha.
7.30pm Minn fuq il-planċier, is-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu tal-Balluta tilqa’ l-vara tal-Madonna tal-Karmnu fi Pjazza San Ġorġ bid-daqq ta’ innijiet Marjani. Mal-wasla tal-purċissjoni fi Pjazza San Ġorġ, tinħaraq kaxxa.

Programm Festa 2022 – 400 sena fi Triqatna

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Lulju
Ħruġ min-niċċa u Ftuħ tal-Festa
6.30pm Quddiesa tal-ftuħ tal-festa mmexxija mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm, Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jingħata l-mandat lir-Reffiegħa u wara jsir il-ħruġ tal-vara għażiża u devota tal-Madonna tal-Karmnu min-niċċa, fost il-kant ta’ innijiet Marjani.

Is-Sibt, it-2 ta’ Lulju
Festa tat-Tfal
10.00am Wara l-quddiesa ssir manifestazzjoni bil-vara ż-żgħira tal-Madonna tal-Karmnu bis-sehem tal-banda. Il-manifestazzjoni tgħaddi minn Triq it-Teatru l-Antik, Punent, Zekka, Arċisqof, Merkanti fejn issir waqfa fis-Suq tal-Belt. Il-manifestazzjoni tkompli fi Triq Merkanti għal Triq it-Teatru sas-Santwarju Bażilika. Fit-tmiem isir festin għat-tfal kollha

Il-Ħadd, it-3 ta’ Lulju
Niftakru f’dawk li ħallewna
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa li matulha nitolbu għal dawk il-persuni li ħallewna matul l-aħħar sena u anke l-familji tagħhom.
It-Tnejn, l-4 ta’ Lulju
Jum Ewkaristiku
Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra ta’ grazzji fuqna
10.00am Quddiesa. Wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar
6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija u purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija fis-Santwarju
6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq l-Verġni Marija fiċ-Ċenaklu

Il-Tlieta, il-5 ta’ Lulju
Jum it-Terzjarji Karmelitani
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitani fiha ssir il-vestizzjoni u l-Professjoni tat-Terzjarji l-ġodda.

Mil-Erbgħa is-6 ta’ Lulju sal-Ħamis l-14 ta’ Lulju
Novena f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu
Kuljum:
6.00pm Rużarju kantat bil-Litanija Karmelitana
6.30pm Quddiesa solenni tan-Novena bil-ħsibijiet mir-Rev. Patri Renald J. M. Lofreda O. Carm, Kappillan u Pirjol tal-Parroċċa Karmelitana tal-Balluta. Wara tingħad il-Kurunella u ssir Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Regina u Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Is-6 ta’ Lulju Jum l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu

Is-7 ta’ Lulju – Jum il-Voluntiera tas-Santwarju Bażilika

It-8 ta’ Lulju – Jum l-Għaqdiet Soċjali, Ċivili u Kulturali tal-Belt

Id-9 ta’ Lulju – Jum il-Familja
Mistiedna dawk li żżewġu dis-sena fis-Santwarju

L-10 ta’ Lulju – Jum l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp

Il-11 ta’ Lulju – Jum l-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu
Wara l-quddiesa tan-Novena se jittella’ program ta’ mużika sagra biex jiċċelebra l-400 sena mit-Twaqqif tal-istess Arċikonfraternità

It-12 ta’ Lulju – Jum il-Vokazzjonijiet Karmelitani

L-Erbgħa, it-13 ta’ Lulju
Jum il-Morda u l-Anzjani
10.00am Quddiesa għall-morda u l-anzjani. mill-Eċċ Tiegħu Mons. George Frendo O.P, Arċisqof Emeritu ta’ Tirana fl-Albanija. Tul iċ-ċelebrazzjoni tkun esposta x-xbieha devota tal-Madonna tal-Karmnu, li kienet iddur id-dar tal-morda u l-anzjani u ssir ukoll id-dilka biż-żejt tal-Griżma tal-Morda. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni ssir purċissjoni bis-Ssmu. Sagrament fis-Santwarju u tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis, l-14 ta’ Lulju
L-Aħħar Jum tan-Novena
6.30pm Quddiesa solenni tal-Aħħar Jum tan-Novena li għaliha huma mistiedna l-Baned, l-għaqdiet tan-Nar u anke l-artisti li jieħdu sehem fil-festa esterna.

Il-Ġimgħa, il-15 ta’ Lulju
Lejlet is-Solennità u Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni
10.00am Quddiesa Konventwali mil-komunità tas-Santwarju mmexxija mir-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju, f’għeluq il-141 sena mill-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, tax-Xbieha Mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu. Jinseġ id-Diskors tal-Inkurunazzjoni, ir-Rev. Patri Kurt M. Mizzi O. Carm. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir il-kant tar-Regina Coeli u t-Te Deum.
6.00pm Quddiesa mmexxija mir-Rev. Patri Michael M. Camilleri O.P., Kappillan u Pirjol tal-Parroċċa ta’ Sidtna Marija ta’ Porto Salvo u San Duminku
7.00pm Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwija mill-Oratorju ta’ Ġesù Nazzarenu bis-sehem tal-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu. It-Tranżlazzjoni tgħaddi minn Triq il-Punent, Triq l-Arċisqof, Triq l-Ifran u Triq it-Teatru sas-Santwarju. Wara jkompli l-Ewwel Għasar Solenni tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu u tingħata l-Barka Sagramentali. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni, il-Wisq. Rev. Patri Joseph Saliba O.Carm, Provinċjal tal-Karmelitani.

Is-Sibt, is-16 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Il-Quddies filgħodu jkun: fil-5.30, 6.00, 6.30, 7.00, 9.00 u f’nofsinhar
7.30am Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju.
8.00am Quddiesa mill-Provinċjali, ir-Retturi u l-Kappillani tal-Knejjes tal-Belt. Imexxi din iċ-ċelebrazzjoni Monsinjur Paul Carmel Vella TOK, Rettur tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
9.30am Il-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra Quddiesa Solenni Prelatizja f’Jum il-Festa Patronali tal-Ordni mmexxija mill-Wisq Rev. Provinċjal Patri Joseph Saliba O.Carm. Jinseġ il-paniġierku r-Rev. Patri Alexander M. Vella O.Carm.
5.30pm It-Tieni Għasar Solenni mmexxi mir-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju
6.00pm Quddiesa kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta.
7.00pm Purċissjoni Solenni bil-vara devota u mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani.
Waqt il-pellegrinaġġ, akkumpanjat mill-banda, tingħad it-talba għażiża tar-Rużarju.
8.00pm Il-purċissjoni tasal fuq iz-zuntier tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, fejn issir Ċelebrazzjoni Marjana u l-konsagrazzjoni lill-Madonna tal-Karmnu
10.15pm Dħul tal-Purċissjoni lura fis-Santwarju Bażilika, kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika

Festi Esterni

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Lulju
Ħruġ min-Niċċa
8.30pm Blue Gathering b’risq il-festa quddiem is-Santwarju Bażilika

Is-Sibt 2 ta’ Lulju
Festa tat-Tfal
11.00am Manifestazzjoni bil-vara ż-żgħira tal-Madonna tal-Karmnu bis-sehem tal-banda. Il-manifestazzjoni tgħaddi minn Triq it-Teatru l-Antik, Punent, Zekka, Arċisqof, Merkanti fejn issir waqfa fis-Suq tal-Belt. Il-manifestazzjoni tkompli fi Triq Merkanti għal Triq it-Teatru sas-Santwarju Bażilika. Fit-tmiem isir festin għat-tfal kollha.

Is-Sibt, id-9 ta’ Lulju
Attività b’risq il-Festa
8.30pm BBQ b’risq il-festa fi Pjazza Indipendenza b’divertiment matul is-serata kollha

It-Tlieta, it-12 ta’ Lulju
Inawgurazzjoni tal-Istatwa Monumentali tal-Bażilika
8.30pm Programm mużikali b’elementi mis-Soċjetà Mużikali tal-Karmnu tal-Balluta fi Triq it-Teatru l-Antik, biswit Pjazza San Ġorġ. Waqt il-programm issir l-inawgurazzjoni tal-Istatwa Monumentali li tirrappreżenta l-Bażilika.

L-Erbgħa, it-13 ta’ Lulju
Marċ taż-Żgħażagħ bl-istatwa ta’ Sant’ Elija
8.00am Marċ mill-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq li tibda minn Pjazza Mattia Preti għal Triq il-Punent, Santa Luċija, Patrizju, San Ġwann u Zekka. Malli l-marċ jasal ħdejn is‑Santwarju Bażilika, il-Banda takkumpanja l-istatwa ta’ Sant’Elija lejn Triq it-Teatru l-Antik, Repubblika u fuq San Ġwann fejn l-istatwa tittella’ fuq il-pedistall tagħha.

Il-Ħamis, l-14 ta’ Lulju
Marċ tal-Aħħar tan-Novena
8.30pm Marċ mill-Banda Sliema li jibda minn quddiem il-Qorti, għal Triq ir-Repubblika, Teatru l-Antik, l-Ifran, San Kristofru, Zekka u Teatru fejn il-Banda tilqa’ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tal-marċ. Il-marċ ikompli fi Triq il-Punent, San Ġwann u Zekka. Malli l-marċ jasal biswit il-palk, se ssir l-inawgurazzjoni ta’ bandalora kbira li saret fuq inizjattiva tas-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani Beltin. Wara l-marċ ikompli sa Pjazza Indipendenza fejn l-istatwa tittella’ fuq il-pedistall tagħha u jsir spettaklu ta’ logħob tan-nar.

Il-Ġimgħa, il-15 ta’ Lulju
Lejliet il-Festa
11.30am Marċ Tradizzjonali ta’ Filgħodu mill-Għaqda Mużikali tal-Karmnu tal-Balluta li jgħaddi minn Triq it-Teatru l-Antik, Zekka, Arċisqof, Merkanti, San Ġwann, Repubblika, Teatru l-Antik sa quddiem is-Santwarju Bażilika
9.00pm Programm mużikali fi Pjazza San Ġorġ mis-Soc. Fil. Naz. La Valette bis-sehem ta’ diversi mistiedna distinti. Wara l-istess Soċjetà Filarmonika tinżel f’marċ minn Pjazza San Ġorġ sa quddiem is-Santwarju Bażilika

Is-Sibt, is-16 ta’ Lulju
Jum il-Festa
6.00pm Marċ mill-Għaqda Karmelitana Queen Victoria taż-Żurrieq minn quddiem it-Teatru Rjal sas-Santwarju fejn tilqa’ l-vara tal-Madonna tal-Karmnu fil-ħruġ tagħha mill-Bażilika bid-daqq tal-Fior del Carmel
7.30pm L-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu tal-Fgura tilqa’ l-vara tal-Madonna tal-Karmnu fi Pjazza Indipendenza u takkumpanjaha tul it-triq kollha tal-purċissjoni sad-dħul tagħha fis-Santwarju
7.30pm Is-Soc. Fil. Naz. La Valette tibda marċ minn Triq ir-Repubblika sakemm issib postha fi Triq Zekka fejn tilqa’ l-vara tal-Madonna tal-Karmnu bid-daqq tal-Fior del Carmel

Programm tan-Nar

Il-Ġimgħa, l-1 ta’ Lulju
Ħruġ min-Niċċa
8.00am u 12.00pm Jinħaraq Salut
7.30pm Waqt il-Ħruġ tal-Vara min-niċċa, jinħaraq Salut, Kaxxa infernali u diversi murtali

Il-Ġimgħa, il-15 ta’ Lulju
Lejliet il-Festa
10.45am Waqt it-Te Deum jinħaraq salut.
7.00a.m. Waqt it-Tranżlazzjoni jinħaraq salut, kaxxa infernali u diversi murtali u murtaletti
9.00pm Waqt il-programm mużikali jinħarqu diversi blalen

Is-Sibt, is-16 ta’ Lulju
Jum il-Festa
8.00am u 12.00pm Jinħaraq Salut u diversi murtali u murtaletti
7.00pm Jinħaraq Salut, kaxxa infernali u diversi murtali u murtaletti
8.45pm Ħruq ta’ murtali u murtaletti bil-logħob malli l-vara tasal fi Pjazza San Ġorġ

Programm tal-Festi Solenni 2021

Il-Ħamis, 1 ta’ Lulju: Ftuħ tal-Festa
6:30pm Quddiesa tal-ftuħ tal-festa mill-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm., Rettur tas-Santwarju, bis-sehem tal-għaqdiet kollha tas-Santwarju. Fil-bidu taċ-ċelebrazzjoni, kif inhi d-drawwa, jinkixef il-Kwadru Inkurunat u ssir il-mixgħela tal-Bażilika.

Il-Ġimgħa, 2 ta’ Lulju: Jum Ewkaristiku
Inħejju ruħna spiritwalment għall-festa biex permezz tagħha l-Verġni Marija xxerred kotra ta’ grazzji fuqna
10.00am Quddiesa. Wara Ġesù Ewkaristija jiġi espost sa nofsinhar.
6.00pm Rużarju quddiem Ġesù Ewkaristija
6.30pm Quddiesa bil-ħsieb fuq l-Verġni Marija fiċ-Ċenaklu

Is-Sibt, 3 ta’ Lulju: Niftakru f’dawk li ħallewna
6.30pm Quddiesa għall-erwieħ tal-mejtin li mietu matul din is-sena.

Il-Tnejn 5 ta’ Lulju: Jum it-Terzjarji Karmelitani
6.00pm Rużarju
6.30pm Quddiesa bis-sehem tat-Terz’Ordni Karmelitan li fiha ssir il-vestizzjoni u l-professjoni tat-Terzjarji l-ġodda.

Mit-Tlieta 6 ta’ Lulju sal-Erbgħa 14 ta’ Lulju: Novena f’ġieħ il-Madonna tal-Karmnu
Kuljum:
6.00pm Rużarju kantat bil-Litanija Karmelitana
6.30pm Quddiesa solenni bil-ħsibijiet minn Patri Alan J. Adami O.P. Wara tingħad il-Kurunella u ssir Ċelebrazzjoni Marjana bil-Kant tas-Salve Reġina u Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika.

6 ta’ Lulju – Jum l-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu
7 ta’ Lulju – Jum il-Voluntiera tal-Festa
8 ta’ Lulju – Jum l-Għaqdiet soċjali, ċivili u kulturali tal-Belt
9 ta’ Lulju – Jum il-Familja – mistiedna dawk li żżewġu dis-sena fis-Santwarju

10 ta’ Lulju – Jum l-Arċikonfraternità ta’ San Ġużepp
Issir il-vestizzjoni tal-fratelli l-ġodda u wara ssir l-Inawgurazzjoni tan-Niċċa l-ġdida ta’ San Ġużepp

11 ta’ Lulju – Jum it-Tfal
10.00am Quddiesa animata għat-tfal kollha. It-tfal kollha li se jattendu se jingħataw tifkira tal-okkażjoni.

12 ta’ Lulju – Jum il-Vokazzjonijiet Karmelitani
Fiċ-ċelebrazzjoni tan-Novena se nfakkru għeluq il-125 sena mill-Ordinazzjoni Presbiterali tal-Qaddej ta’ Alla Patri Avertan Fenech O.Carm, u jum l-Ewwel Quddiesa Solenni tiegħu fil-Bażilika Santwarju.
6.00pm Rużarju Karmelitan bil-meditazzjonijiet tal-Qaddej ta’ Alla
6.30pm Quddiesa Konċelebrata minn P. Charlò Camilleri, O.Carm. Viċi-Postulatur tal-Kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanonizzazjoni.

13 ta’ Lulju – Jum is-Solidarjetà
14 ta’ Lulju – L-Aħħar Jum tan-Novena
10.00am Quddiesa għall-morda u l-anzjani. Tul iċ-ċelebrazzjoni tkun esposta x-xbieha devota tal-Madonna tal-Morda. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni se ssir purċissjoni bis-Ssmu. Sagrament fis-Santwarju u tingħata l-Barka Sagramentali.
6.30pm Quddiesa solenni tal-Aħħar Jum tan-Novena li għaliha huma mistiedna l-Baned, l-għaqdiet tan-Nar li s-soltu jieħdu sehem fil-festa esterna u anke l-artisti li jaħdmu mal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu.

Il-Ħamis, 15 ta’ Lulju Lejlet is-Solennita – Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni
10.00am Quddiesa Konventwali f’għeluq il-140 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, tax-Xbieha Mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu. Jinseġ id-Diskors tal-Inkurunazzjoni, ir-Rev. Dun Ryan L. Pace, Viċi Parrokku tal-Parroċċa ta’ San Pietru fil-Ktajjen ta’ Birżebbuġa. Fi tmiem iċ-ċelebrazzjoni jsir il-kant tar-Regina Coeli u t-Te Deum.
6.00pm Quddiesa
7.00pm Tranżlazzjoni Solenni tar-Relikwa minn fuq l-Artal ta’ San Ġużepp bis-sehem ta’ rappreżentanza mill-Arċikonfraternità tal-Madonna tal-Karmnu u San Ġużepp. Wara jkompli l-Ewwel Għasar Solenni tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu u tingħata l-Barka Sagramentali. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni, il-Wisq. Rev. Patri Joseph Saliba O.Carm, Provinċjal tal-Karmelitani.

Il-Ġimgħa, 16 ta’ Lulju: Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu
Il-Quddies filgħodu jkun: fil-5.30, 6.00, 6.30, 7.00, 9.00 u f’nofsinhar
7.30am Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm Rettur tas-Santwarju.
8.00am Quddiesa mill-Provinċjali, ir-Retturi u l-Kappillani tal-Knejjes tal-Belt.
9.30am Il-Provinċja Karmelitana Maltija tiċċelebra Quddiesa Solenni Prelatizja f’Jum il-Festa Patronali tal-Ordni mmexxija mill-Wisq Rev. Provinċjal Patri Joseph Saliba O.Carm. Jinseġ il-panigierku r-Rev. Patri Victor Paul Farrugia O.Carm.
6.30pm It-Tieni Għasar Solenni mmexxi mir-Rev. Pirjol Patri Alex Scerri O. Carm, Pirjol u Rettur tas-Santwarju
7.00pm Quddiesa Kantata mmexxija mill-Arċisqof ta’ Malta Charles J. Scicluna
8.00pm Tibda Velja Marjana Solenni mill-Provinċja Karmelitana b’kant u t-Talba tar-Rużarju.
9.00pm Kant tal-Flos Carmeli u Ċelebrazzjoni Ewkaristika bil-Barka Sagramentali. Il-festa tintemm bir-Repożizzjoni Solenni tar-Relikwa minn fuq l-Artal Papali għall-Artal San Ġużepp.

Programm tan-nar – 16 ta’ Lulju
8.00am Salut, Murtali u Murtaletti
12.00pm Salut, Murtali u Murtaletti
8.00pm Salut bid-dahna kkulurita u wara sett murtali bil-logħob

Ippubblikat il-Ktieb tal-Festa

Il-Ktieb tal-Festa 2020 ġie ppubblikat u wieħed jista’ jarah hawnhekk: https://issuu.com/madonnatalkarmnuvalletta/docs/programm_mtk_2020_issuu

PROGRAMM (Ristrett) tal-Festi Solenni li l-Provinċja Karmelitana Maltija se tiċċelebra f’ġieħ Il-Madonna Tal-Karmnu fis-Santwarju Bażilika Tagħha fil-Belt Valletta

L-Erbgħa, 15 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira tal-Inkurunazzjoni

10.00am Quddiesa Konventwali f’għeluq il-139 sena tal-Ewwel Inkurunazzjoni f’dawn il-Gżejjer, tax-Xbieha Mirakoluża tal-Madonna tal-Karmnu, immexxija mill-Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju u l-komunità Karmelitana. Jipprietka Patri Victor Paul Farrugia O. Carm.
6.00pm Rużarju u Kurunella.
6.30pm Ċelebrazzjoni tal-Ewwel Għasar tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu. Ċelebrant il-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm, Provincjal tal-Karmelitani.

Il-Ħamis, 16 ta’ Lulju
Jum it-Tifkira Solenni tal-Imqaddsa Verġni Marija tal-Għolja tal-Karmelu

8.00am Ċelebrazzjoni Solenni tat-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum, immexxija mir-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju.
10.00am Quddiesa Solenni Prelatizja mmexxija mill-Wisq Rev. Patri Joseph Saliba O. Carm Provinċjal tal-Karmelitani. Jinseġ il-paniġierku l-Kanonku Dun Joe Zammit.
6.00pm It-Tieni Għasar tat-Tifkira Solenni tal-Madonna tal-Karmnu. Imexxi ċ-ċelebrazzjoni r-Rev. Pirjol Patri Alex M. Scerri O. Carm, Rettur tas-Santwarju
6.30pm Quddiesa Kantata mill-Eċċ. Tiegħu Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof Metropolita ta’ Malta
7:30pm Pellegrinaġġ ta’ talb u ringrazzjament bil-vara devota tal-Madonna tal-Karmnu bis-sehem tas-Soċ. Fil. Naz. La Valette u l-Kor Notre Dame. Din is-sena t-talb jibqa’ għaddej sad-dħul lura fis-Santwarju. Il-pellegrinaġġ jgħaddi minn dawn it-toroq: Teatru, Punent, Arċisqof, Merkanti, Pjazza San Ġwann, Repubblika, Teatru sas-Santwarju. Quddiem il-Kon Katidral ta’ San Ġwann issir ċelebrazzjoni Marjana bis-sehem tal-Parroċċi Beltin. Kulħadd huwa mħeġġeġ iġib miegħu xemgħa li se titbierek u tittieħed lura fi djarna. Mad-dħul tal-pellegrinaġġ titkanta l-antifona u tingħata l-Barka Sagramentali

NIMXU WARAJK KULL FEJN TEĦODNA VERĠNI MARIJA

Laqgħa Ġenerali tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu 2019

Il-laqgħa Ġenerali tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu 2019.

Matul il-laqgħa ġiet diskussa l-festa li għaddiet u ħarsitna daret mill-ewwel fuq il-festa li jmiss li matula se nkunu qed niċċelebraw żewġ anniversarji kbar, jiġifieri l-125 anniversarju minn meta s-Santwarju tagħna ngħata d-dinjita ta’ Bażilika Minuri u l-450 sena preżenza tal-Karmelitani fil-Belt Valletta.

Grazzi lil dawk li għaddew u proset tas-suġġerimenti tagħkom. Inkomplu naħdmu id f’id b’risq il-festa tant għażiża għalina!

Viva l-Madonna tal-Karmnu

Kumitat Ġdid għall-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu

Waqt il-Laqgħa Ġenerali tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu nħatar dan il-kumitat għal terminu ta’ sentejn.

Mix-xellug ghall-lemin: Yendrick Cioffi, Noel Muscat, Christian Saffrett, John Farrugia, Fr. Alex Scerri O.Carm, Julian Vassallo, Omar Coleiro, Carmel Pace, James Wells.

Il-Madonna tal-Karmnu u San Duminku jiltaqgħu għat-tieni darba!

Il-Madonna tal-Karmnu u San Duminku jiltaqgħu għat-tieni darba!

Huwa ta’ pjaċir għalina li nhar il-Ġimgħa 5 ta’ Ottubru, se nilqgħu fis-Santwarju Bażilika tagħna, l-istatwa artistika ta’ San Duminku.

Dakinhar, il-Parroċċa Dumnikana se tkun qed tiċċelebra l-festa tal-Madonna tar-Rużarju u waqt il-pellerginaġġ bil-vari tal-Madonna tar-Rużarju u ta’ San Duminku, se ssir waqfa fis-Santwarju Bażilika tagħna fejn se jsir hemm mument ta’ talb.

Iċ-ċelebrazzjoni se tibda fis-6:15pm fil-Bażilika tal-Porto Salvo u San Duminku, b’quddiesa mmexxija mill-Pirjol Patri Alex Scerri O.Carm u wara nimxu flimkien f’pellegrinaġġ waqt li nitolbu t-talba tar-Rużarju Mqaddes.

Inħeġġu lil kulħadd biex jingħaqad magħna mhux biss biex niċċelebraw dan il-mument ta’ għaqda bejn iż-żewġ komunitajiet tagħna, iżda fuq kollox biex nitolbu t-talba li tant hija għażiża għas-Sultana tagħna.

Provinċjal ġdid għall-Provinċja Karmelitana Maltija

Mil-lum it-Tnejn 10 ta’ Settembru 2018, beda l-Kapitlu Provinċjali tal-Provinċja Karmelitana Maltija. Il-Kapitlu Provinċjali jsir kull tlett snin. Għalhekk nitolbukom biex titolbu għalina l-Karmelitani u ghal-Provinċjal il-ġdid Patri Joe Saliba O.Carm

Programm tal-Festi Esterni

L-Erbgħa 11 ta’ Lulju 2018
6.30pm Quddiesa tan-Novena bis-sehem tat-tfal u wara tingħata bidu għall-manifestazzjoni bl-istatwa żgħira tal-Madonna tal-Karmnu. Jakkumpanjaw din il-Manifestazzjoni t-‘Tikka Banda’ li tibda minn quddiem is-Santwarju u tgħaddi minn Triq il-Punent, l-Arċisqof, Pjazza San Ġorġ, it-Teatru l-Antik fejn imbagħad isir id-dħul tal-istatwa lura fis-Santwarju f’atmosfera ferrieħa ta’ tfal.

Il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju 2018
8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq li jibda minn Pjazza l-Assedju l-Kbir, ikompli f’dawn it-toroq, Repubblika, Teatru l-Antik, l-Ifran, l-Arċisqof, izZekka
sa ħdejn is-Santwarju fejn l-istess Banda tilqa’ l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu u l-marċ ikompli minn Triq il-Punent, San Ġwann, iz-Zekka, it-Teatru l-Antik u l-Punent fejn fil-11.30 p.m. nassistu għat-tlugħ tal-Madonna fuq pedestall artistiku fi Pjazza Indipendenza. Fit-tlugħ tal-Istatwa tal-Madonna tal-Karmnu, jinħarqu kaxxi sinkronizzati.

Is-Sibt 14 ta’ Lulju 2018
L-Aħħar Jum ta’ Novena Filgħodu
10.30am L-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Balluta tagħmel il-marċ tradizzjonali ta’ filgħodu li jibda minn Triq ir-Repubblika, it-Teatru l-Antik, iz-Zekka, l-Arċisqof, il-Punent, Santa Luċija, iz-Zekka, it-Teatru l-Antik u jintemm fis-2.00 p.m fost il-briju tal-partitarji quddiem is-Santwarju.

Is-Sibt 14 ta’ Lulju 2018
L-Aħħar Jum ta’ Novena Filgħaxija
8.30pm Marċ mis-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju tal-Imqabba li jibda minn Pjazza l-Assedju l-Kbir u jkompli f’dawn it-toroq Repubblika, it-Teatru l-Antik, l-Ifran, l-Arċisqof, il-Punent, it-Teatru l-Antik, l-Ifran, Santa Luċija, San Patrizju, San Ġwann, il-Punent, Santa Luċija, iz-Zekka, it-Teatru l-Antik u jintemm fil-11.30 p.m quddiem is-Santwarju fejn nassistu għall-inawgurazzjoni tal-Palk wara li ġie restawrat u rinnovat u wara l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu tagħti spettaklu tal-karti sikronizzat mal-mużika.

Il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018
Lejliet il-Festa
12.00pm Il-Komunità Karmelitana flimkien mal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu fl-okkażjoni tas-600 sena mit-twaqqif tal-Ordni Karmelitan f’Malta u fit-Tifkira talinkurunazzjoni
tilqa’ lill-Ġeneral tal-Ordni li se jkun fostna fil-jiem tal-festa, b’riċeviment li se jsir għallokkażjoni fi Triq it-Teatru quddiem is-Santwarju.

Il-Ħadd 15 ta’ Lulju 2018
Lejliet il-Festa filgħaxija
9.00pm L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ta’ Ħaż-Żabbar se tesegwixxi Programm strumentali fuq il-Palk fi Triq iz-Zekka maġenb is-Santwarju. Kif jintemm għall-ħabta tal-10.45 p.m. nagħtu bidu għan-nar tal-art fi Triq Marsamxett.

It-Tnejn 16 ta’ Lulju 2018
5.30pm Marċ mill-Banda Queen Victoria taż-Żurrieq li jibda minn Triq ir-Repubblika, it-Teatru, fejn tassisti għall-ħruġ tal-purċissjoni bl-Innu Fior Del Carmel ta’ Mro
Cardenio Botti. Il-marċ jintemm fejn is-Santwarju wara li toħroġ il-Purċissjoni.
6.30pm Marċ mis-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Valette li jibda minn Triq ir-Repubblika ħdejn il-Wembley Stores, it-Teatru sa ħdejn is-Santwarju. Wara l-banda tkompli b’marċ fi Triq l-Ifran ħdejn l-Iskola ta’ St Albert.
7.15pm Marċ mill-Banda Madonna tal-Karmnu tal-Fgura li jibda minn Triq Merkanti (quddiem is-Suq) u tkompli bis-servizz tagħha fi Pjazza San Ġwann quddiem il-Kon-Katidral fejn din l-Banda takkumpanja l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu fil-purċissjoni fi Triq irRepubblika,
it-Teatru sad-dħul lura fis-Santwarju. Hekk kif l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tasal fi Pjazza San Ġorġ jibda spettaklu tan-nar u kaxxa infernali.

7.30pm L-Għaqda Mużikali Madonna tal-Karmnu tal-Balluta tesegwixxi Programm strumentali fuq il-Palk fi Triq iz-Zekka maġenb is-Santwarju.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.