我們只售賣RELX電子煙原裝煙彈,一顆煙彈可以使用3-5天。 提供100%原裝正品RELX煙彈,悅刻菸彈, 各種不同口味齊全,正品RELX專用煙彈現貨快速發貨。 選擇RELX悅刻電子菸煙彈,不要猶豫,按下加入購物車,為你將要到來的時尚和愉快下單!

Home » Aħbarijiet (Page 5)

Category Archives: Aħbarijiet

Arkivji

Żjara għall-Bieb tal-Ħniena fil-Bażilka tal-Isla

Dalgħodu ġie organizzat pellegrinaġġ mill-Komunità Karmelitana tal-Belt għall-Bieb tal-Ħniena li hemm fil-Bażilka tal-Isla fis-Sena tal-Ħniena. Matul dan il-pellegrinaġġ saret quddiesa fuq l-artal tar-Redentur tat-Isla.

Il-Festa tal-Qaddisini Kollha tal-Ordni Karmelitan

Illum l-Ordni Karmelitan jiċċelebraw l-Festa tal-Qaddisin Kollha tal-Ordni Karmelitan. Is-Santwarju jintrama għall-okkażjoni bir-relikwi tal-Qaddisin Karmelitani

qaddisin-karmelitani1 qaddisin-karmelitani

Laqgħa Ġenerali – Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu – Valletta

laqgha-generaliGħeżież Karmelitani Beltin,

Nixtieq nistedinkom Laqgħa Ġenerali għal dawk kollha li għandhom għal qalbhom is-Santwarju u l-festa tal-Madonna tal-Karmnu, nhar il-Ħadd 27 ta Novembru 2016 fl-10am.

F’din il-laqgħa se tiġi varata b’formazzjoni ġdida l-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu – Valletta, fejn ser tingħata wkoll l-informazzjoni kollha fuq ix-xogħol kollu li ser tkun qed tagħmel din l-Għaqda b’risq il-Festa tagħna. F’din il-Laqgħa Ġenerali, id-delettanti Karmelitani kollha jkunu mħeġġin biex jissieħbu membri f’din l-Għaqda.

Għalhekk inħeġġiġkom tħallu d-data tas-27 ta’ Novembru vojta biex tingħaqdu magħna. Ser niltaqgħu llkoll fl-10 ta’ filgħodu fis-Santwarju ħa nibdew b’quddiesa flimkien u wara nidħlu fir-reffetorju tal-kunvent għal-Laqgħa Ġenerali filwaqt li nieħdu xi ħaġa flimkien.

Nispera li narakom u mexxu il-kelma lil kulħadd.
Il-Pirjol

Titħabbar il-mewt ta’ P. Amadeo Zammit

p-amadeoB’niket inħabbru l-mewt ta’ Patri Amadeo Zammit O.Carm., mill-Komunità tal-Knisja l-Qadima f’Santa Venera. Il-funeral tiegħu ser isir it-Tnejn 31 t’Ottubru, fis-2.00 p.m., fil-Knisja Parrokkjali ta’ Santa Venera.

Agħtih o Mulej il-mistrieħ ta’ dejjem. Id-dawl ta’ dejjem jiddi lilu. Jistrieħ fis-sliem. Ammen.

Kungress Nazzjonali tat-Terzjarji Karmelitani

kungress-2016

The Carmelite’s Lunchtime Concerts – October

lunchtime-october

L-Oratorju tan-Nazzarenu fin-Notte Bianca

Festa tal-Anġlu Kustodju

Anglu KustodjuNhar it-Tnejn 3 ta’Ottubru taħbat il-Festa tal-Anglu Kustodju u fis-Santwarju tiġi ċċelebrata il-Festa tal-Anġlu Kustodju.

Fis 6.00pm Rużarju
Fis 6.30pm Quddiesa Kantata bil-ħsieb tal-festa mill-Komunità Karmelitana tas-Santwarju

Wirja ta’ oġġetti sagri fin-Notte Bianca

nottebianca-wirja-2016

L-Insinji Bażilikali fil-Purċissjoni ta’ San Duminku

L-Insiji Bażilika tas-Santwarju, il-bażilika u t-tintinnablu, ħadu sehem fil-Purċissjoni ta’ San Duminku ta’ din is-sena.

Bħala sinjal ta’ għaqda bejn iż-żewġ festi meta l-istatwa waslet fi Pjazza Reġina l-Pirjol P. Alex Scerri ppreżent bukkett fjuri. Preżenti kien hemm ukoll P. Albert, Julian Vassallo, chairperson tal-Għaqda Festi Esterni u membri tal-istess għaqda.

Quddies fis-Santwarju

Kuljum:
7:00 a.m., 10:00 a.m. u 6.30 p.m.

Ħdud u Festi:
8:00 a.m., 10:00 a.m., u 6.30 p.m.