L-Erbgħat tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu

Minn GĦADA jibdew L-ERBGĦAT TAL-UDJENZA TAL-MADONNA TAL-KARMNU.

Fl-10:00am: Quddiesa li tintemm bis-supplika quddiem is-Santwarju għażiż tal-Madonna tal-Karmnu.

Fis-6:00pm: Rużarju medidat

Fis-6:30pm: Quddiesa konventwali bil-ħsieb fuq is-seba’ ferħat tal-Madonna minn Dun Dillon Bugeja. Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella u ssir ċelebrazzjoni Marjana bil-kant tar-Regina Ceoli u l-Flos Carmeli. Wara tingħata l-barka sagramentali.

Is-Santwarju Bażilika jibqa’ miftuħ il-ġurnata kollha.

You may also like...

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *