Kienet okkażjoni tassew sabiħa nhar il-Ġimgħa li għadda meta l-familja Karmelitana Beltija ngħaqdet għall-inawgurazzjoni taċ-ċentru soċjali tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu.
Gourmet Kafe, li jinsab ftit ‘l isfel mis-Santwarju Bażilika tagħna se jibda jkun miftuħ kuljum, inkluż is-Sibt u l-Ħadd u apparti l-kafé kif jafu joffru biss it-Taljani, se jkun qed iservi wkoll diversi snacks.
Apparti minn hekk, fis-sular ta’ fuq, iċ-ċentru jinkludi wkoll sala ġdida fejn se jibda jiltaqa’ l-Kumitat tal-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu.
Waqt l-inawgurazzjoni, iċ-Ċerpersin tal-Għaqda, is-Sur Julian Vassallo ppreżenta lill-Kummissjoni Banda marċ ġdid, bl-isem: “Is-Sala l-Ġdida tal-Kumitat,” biex jindaqq fil-ġranet tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu.
L-Għaqda Festa Madonna tal-Karmnu tirringrazja lil dawk kollha li kienu involuti biex dan iċ-ċentru ħa l-ħajja mill-ġdid u d-dehra sabiħa li għandu llum.
Nirringrazjaw ukoll lis-Sindku, lill-Kunsilliera, lill-kandidati u lil dawk kollha li attendew għal din il-ġurnata storika fl-istorja ta’ din l-Għaqda.