Nixtiequ nistiednu lil dawk kollha li jieħdu sehem b’mod attiv fil-Festa tal-Madonna tal-Karmnu għall-Ikla tal-Milied li se ssir fis-17 ta’ Diċembru 2016 fit-8.30 p.m. fis-City Lounge.
Inħeġġu lil dawk il-persuni li kienu attivi fiċ-Ċentru taż-Żgħażagħ, l-Għaqda Familja Karmelitana, l-Għaqda Festi Esterni kif ukoll il-pagaent tal-Ġimgħa l-Kbira.
Għall-booking jew iktar informazzjoni tistgħu tkellmu lil Neil Blundell fuq 79287126, Jennifer Scicluna fuq 77071510 jew Rita Blundell 77514158 jew tkellmuna permezz ta’ messaġġ fil-paġna ta’ Facebook Festa Madonna tal-Karmnu Valletta
Din hija l-ewwel attività minn serje ta’ attivitajiet organizzati mill-Għaqda Madonna tal-Karmnu Valletta.