L-Arċisqof ta’ Malta, Mons. Charles J. Scicluna ħabbar li fit-2 ta’ Frar 2017, Jum il-Ħajja Konsagrata u l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej fit-Tempju fid-Djoċesi ta’ Malta se jinfetaħ il-proċess għall-kawża tal-Beatifikazzjoni u Kanoniżżazzjoni ta’ Patri Avertan Fenech, reliġjuż Karmelitan li f’ħajtu u wara mewtu sal-lum gawda u għadu jgawdi fama ta’ qdusija fost il-Poplu ta’ Alla.